Salmi 69:1-36

Lid-​direttur. Fuq Il-​Ġilji.+ Taʼ David. 69  Salvani, O Alla, għax l-​ilmijiet tant għolew li ruħi kważi għerqet.+   Għeriqt f’ħama fond, fejn m’hemm ebda art soda.+Sibt ruħi f’ilmijiet fondi,U nixxiegħa għaddejja tiġri ġarritni magħha.+   Jien għejejt ngħajjat;+Griżmejja nħanqu.Għajnejja ddgħajfu huma u jistennew lil Alla tiegħi.+   Dawk li jobogħduni għalxejn żdiedu iktar mix-​xagħar taʼ rasi.+Kotru ħafna dawk li jridu jsikktuni fil-​mewt, li huma l-​għedewwa tiegħi mingħajr ebda raġuni.+Kelli rrodd dak li ma kontx ħadt b’serq.   O Alla, int sirt taf il-​bluha tiegħi,U l-​ħtija tiegħi mhix moħbija minnek.+   Jalla dawk li jittamaw fik ma jkollhomx għalfejn jistħu minħabba fija,+O Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati.+Jalla dawk li jfittxuk ma jiġux umiljati minħabba fija,+O Alla taʼ Israel.+   Għax minħabba fik jien issaportejt it-​tmaqdir,+Wiċċi nkesa bl-​umiljazzjoni.+   Sirt stranġier għal ħuti,+U barrani għal ulied ommi.+   Għax iż-​żelu għal darek kielni,+U t-​tmaqdir taʼ dawk li jmaqdruk waqaʼ fuqi.+ 10  U bkejt u somt,+Imma dan kien taʼ tmaqdir għalija.+ 11  Meta lbist l-​ilbies taʼ l-​ixkora,Imbagħad sirt bħal qawl għalihom.+ 12  Dawk li joqogħdu bil-​qiegħda f’bieb il-​belt kienu moħħhom fija,+U jien kont is-​suġġett taʼ l-​għanjiet taʼ dawk li jixorbu xorb li jsakkar.+ 13  Imma min-​naħa tiegħi, jien lilek tlabt, O Ġeħova,+Fi żmien aċċettabbli, O Alla.+Fl-​abbundanza tal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek wiġibni u uri li int is-​salvatur il-​veru.+ 14  Eħlisni mill-​ħama, biex ma negħriqx.+Jalla ninħeles minn dawk li jobogħduni+ u mill-​ilmijiet fondi.+ 15  Jalla n-​nixxiegħa għaddejja tiġri ma ġġorrnix magħha,+Il-​fond ma jiblagħnix,U l-​bir ma jagħlaqx fommu fuqi.+ 16  Wiġibni, O Ġeħova, għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hi kbira.+Skond il-​kotra tal-​ħniniet tiegħek dur lejja,+ 17  U taħbix wiċċek mill-​qaddej tiegħek.+Wiġibni malajr għax qiegħed f’sitwazzjoni mwiegħra.+ 18  Ersaq qrib ruħi, u salvaha;+Ifdini mill-​għedewwa tiegħi.+ 19  Int sirt taf bit-​tmaqdir, l-​għajb, u l-​umiljazzjoni tiegħi.+Dawk kollha li qed jiħduha kontrija qegħdin quddiemek.+ 20  It-tmaqdir qasamli qalbi, u l-​ferita ma titfejjaqx.+U bqajt nittama li xi ħadd jissimpatizza miegħi, imma ma kien hemm ħadd;+U li jkun hemm min ifarraġni, imma ma sibt lil ħadd.+ 21  Iżda bħala ikel tawni pjanta velenuża,+U għall-​għatx tiegħi pprovaw jagħtuni nixrob il-​ħall.+ 22  Ħa ssirilhom nasba l-​mejda li għandhom quddiemhom,+U kulma kellu jkun għall-​ġid tagħhom isir nassa.+ 23  Ħa jiddallmu għajnejhom sabiex ma jarawx;+U ġiegħel lil ġenbejhom jitriegħdu l-​ħin kollu.+ 24  Sawwab fuqhom il-​kundanna tiegħek,+U ħa tilħaqhom ir-​rabja taħraq tiegħek.+ 25  Ħa jsir ħerba l-​kamp tagħhom imdawwar bil-​ħitan;+U ħalli ħadd ma jgħammar fit-​tined tagħhom.+ 26  Għax huma ġrew wara dak li int sawwatt,+U jibqgħu jitkellmu dwar il-​weġgħat taʼ dawk minfudin minnek. 27  Żid l-​iżball maʼ l-​iżball tagħhom,+U ħa ma jidħlux fis-​sewwa tiegħek.+ 28  Ħa jitħassru mill-​ktieb tal-​ħajjin+U ma jinkitbux man-​nies sewwa.+ 29  Imma jien qed insofri u nħossni muġugħ.+Jalla tipproteġini s-​salvazzjoni tiegħek, O Alla.+ 30  Jien se nfaħħar l-​isem t’Alla bil-​kant+U nkabbru b’radd il-​ħajr.+ 31  Lil Ġeħova, dan se jogħġbu iktar minn barri,+Minn barri żgħir bil-​qrun u b’difru maqsum.+ 32  Il-ġwejdin żgur jaraw dan u jifirħu.+Intom li qed tfittxu lil Alla, ħa tibqaʼ ħajja qalbkom ukoll.+ 33  Għax Ġeħova qed jismaʼ lill-​foqra,+U mhux se jistmerr lill-​priġunieri tiegħu stess.+ 34  Ħa jfaħħruh is-​sema u l-​art,+L-​ibħra u kulma jitħarrek fihom.+ 35  Għax Alla nnifsu se jsalva lil Sijon+U jibni l-​bliet taʼ Ġuda;+U huma jgħammru hemm u jieħdu din l-​art f’idejhom.+ 36  U jirtuha wlied il-​qaddejja tiegħu,+U dawk li jħobbu lil ismu se jgħammru fiha.+

Noti taʼ taħt