Salmi 68:1-35

Lid-​direttur. Taʼ David. Melodija, għanja. 68  Ħa jqum Alla,+ ħa jixterdu l-​għedewwa tiegħu,+U dawk li tant jobogħduh jaħarbu minħabba fih.+   Bħalma jittajjar id-​duħħan, hekk tajjarhom;+Bħalma x-​xamaʼ ddub minħabba n-​nar,+Hekk ħa jgħibu l-​ħżiena minn quddiem Alla.+   Imma ħa jithennew il-​ġusti,+Ħa jifirħu quddiem Alla,+U jtiru bil-​ferħ.+   Kantaw lil Alla, għannu lil ismu;+Kantaw lil Dak li għaddej riekeb minn ġol-​pjanuri tad-​deżert+Bħala Jah,* li hu ismu;+ u għajtu bil-​ferħ quddiemu.   Missier għat-​tifel bla missier u mħallef għall-​armla+Hu Alla fil-​post qaddis fejn jgħammar.+   Lil dawk mitluqin għalihom waħedhom, Alla tahom dar fejn jgħammru;+Qed joħroġ lill-​priġunieri u jgħinhom jirnexxu.+Madankollu, dawk taʼ rashom iebsa jkollhom jgħammru f’art niexfa.+   O Alla, meta mexxejt lill-​poplu tiegħek,+Meta mxejt fid-​deżert+Sela   L-art triegħdet,+Is-​sema wkoll qattar minħabba Alla;+Is-​Sinaj triegħdet minħabba Alla,+ l-​Alla taʼ Israel.+   Int niżżilt ħalba xita qawwija, O Alla;+Meta wirtek għeja—int saħħaħtu mill-​ġdid.+ 10  Huma għammru fil-​kamp tiegħek+ tat-​tined+Li bi tjubitek int ħejjejtu għall-​magħkus, O Alla.+ 11  Ġeħova joħroġ il-​kelma;+In-​nisa li qed ixandru l-​aħbar tajba huma armata kbira.+ 12  Anki s-​slaten taʼ l-​armati jaħarbu, iva, jaħarbu.+U dik li toqgħod id-​dar tieħu sehem mill-​priża.+ 13  Għalkemm kellkom timteddu bejn il-​gzuz taʼ l-​irmied,Se jkollkom il-​ġwienaħ taʼ ħamiema miksijin bil-​fiddaU rixha miksi b’deheb aħdar safrani.+ 14  Meta Dak li Jistaʼ Kollox xerred lis-​slaten barra l-​pajjiż,+Bdiet nieżla l-​borra fiż-​Żalmon.+ 15  Ir-reġjun muntanjuż tal-​Basan+ hu l-​muntanja t’Alla;+Ir-​reġjun muntanjuż tal-​Basan hu muntanja b’ħafna qċaċet.+ 16  O muntanji b’ħafna qċaċet, għala tibqgħu tħarsu b’għiraLejn il-​muntanja li Alla xtaq jgħammar fiha?+Iva, Ġeħova nnifsu se jgħammar hemm għal dejjem.+ 17  Il-karrijiet tal-​gwerra t’Alla huma bl-​għaxriet t’eluf, eluf fuq eluf.+Ġeħova ġie mis-​Sinaj fil-​post qaddis.+ 18  Int tlajt fl-​għoli;+Ħadt miegħek lill-​imjassrin;+Ħadt irġiel bħala għotjiet,+Iva, anki lil dawk taʼ rashom iebsa,+ biex tgħammar fosthom,+ O Alla Jah. 19  Ikun imbierek Ġeħova, li kuljum iġorr it-​tagħbija għalina,+L-​Alla l-​veru tas-​salvazzjoni tagħna.+ Sela. 20  L-Alla l-​veru hu Alla li jsalvana;+U minn Ġeħova l-​Mulej Sovran+ hu l-​ħruġ mill-​mewt.+ 21  Iva, Alla se jfarrak ras l-​għedewwa tiegħu,+Il-​qorriegħa bix-​xagħar taʼ kulmin qed jimxi fi ħtijietu.+ 22  Ġeħova qal: “Mill-​Basan se nġibhom lura,+Se nġibhom lura minn qiegħ il-​baħar,+ 23  Sabiex taħsel saqajk fid-​demm,+Biex ilsien il-​klieb tiegħek jieħu sehmu mill-​għedewwa.”+ 24  Huma raw il-​parata tiegħek, O Alla,+Il-​parati taʼ l-​Alla tiegħi, is-​Sultan tiegħi, għal ġol-​post qaddis.+ 25  L-għannejja mxew fuq quddiem, u warajhom id-​daqqaqa taʼ l-​istrumenti tal-​korda;+Bejniethom kien hemm it-​tfajliet idoqqu t-​tanburlini.+ 26  Fi qtajjaʼ miġburin bierku lil Alla,+Lil Ġeħova, O intom li ġejjin mis-​Sors taʼ Israel.+ 27  Hemm iċ-​ċkejken Benjamin li qed irażżanhom,+Il-​prinċpijiet taʼ Ġuda bil-​folla tgħajjat tagħhom,Il-​prinċpijiet taʼ Żebulun, il-​prinċpijiet taʼ Naftali.+ 28  Alla tiegħek ikkmanda li tingħata s-​saħħa.+Uri s-​saħħa, O Alla, int li aġixxejt għalina.+ 29  Minħabba t-​tempju tiegħek f’Ġerusalemm,+Is-​slaten se jġibulek l-​għotjiet.+ 30  Ċanfar lill-​bhima salvaġġa li tgħix qalb il-​qasab,+ il-​merħla tal-​barrin,+Flimkien maʼ l-​għoġiela tal-​popli, li kull wieħed minnhom jgħaffeġ fuq il-​biċċiet tal-​fidda.+Hu xerred lill-​popli li jitgħaxxqu bil-​ġlied.+ 31  Affarijiet tal-​bronż se joħorġu mill-​Eġittu;+Kus malajr se jiftaħ idejh b’għotjiet lil Alla.+ 32  O intom saltniet taʼ l-​art, kantaw lil Alla,+Għannu lil Ġeħova—Sela 33  Lil Dak li riekeb fuq is-​sema tas-​smewwiet tal-​qedem.+Ara! Hu jsemmaʼ leħnu, leħen qawwi.+ 34  Irrikonoxxu s-​saħħa t’Alla.+Fuq Israel qiegħda l-​ħakma tiegħu, u s-​saħħa tiegħu qiegħda fis-​sħab.+ 35  Alla jqanqal il-​biżaʼ mis-​santwarju grandjuż tiegħu.+Hu l-​Alla taʼ Israel, li jagħti s-​saħħa, iva, is-​setgħa lill-​poplu.+Ikun imbierek Alla.+

Noti taʼ taħt

Qabbel Eżo 15:2, in-​nota taʼ taħt.