Salmi 65:1-13

Lid-​direttur. Melodija taʼ David. Għanja. 65  O Alla, int jistħoqqlok tifħir u silenzju, f’Sijon;+U lilek tintradd il-​wegħda.+   O Semmiegħ it-​talb, għandek jiġu n-​nies taʼ kull xorta.+   L-iżbalji tiegħi għelbuni.+In-​nuqqasijiet tagħna, int se tgħattihom.+   Hieni hu l-​bniedem li tagħżel u tħallih jersaq lejk,+Biex ikun jistaʼ jgħammar fil-​btieħi tiegħek.+Aħna se nimtlew bl-​affarijiet tajbin taʼ darek,+Il-​post qaddis tat-​tempju tiegħek.+   Int twiġibna b’affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ magħmulin bis-​sewwa,+O Alla tas-​salvazzjoni tagħna,+Il-​Fiduċja taʼ dawk fix-​xfar kollha taʼ l-​art u taʼ dawk ’il bogħod fuq il-​baħar.+   Bil-qawwa tiegħu jwaqqaf il-​muntanji fis-​sod;+Huwa mħażżem bis-​setgħa.+   Jikkwieta l-​ħoss taʼ l-​ibħra,+Il-​ħoss tal-​mewġ tagħhom u l-​istorbju tal-​ġnus.+   U l-​abitanti fl-​ibgħad inħawi se jibżgħu mis-​sinjali tiegħek;+Tlugħ u nżul ix-​xemx jgħajtu bil-​ferħ.+   Int ħadt ħsieb l-​art, biex tkun tistaʼ tagħtiha l-​abbundanza;+Timlieha b’ħafna ġid.In-​nixxiegħa mingħand Alla mimlija ilma.+Int tipprovdilhom il-​qmuħ,+Għax hekk tħejjiha l-​art.+ 10  Ir-raddi tagħha xxarrabhom sew, u twittilha l-​ħamrija;+Trattabha b’ħalbiet spissi taʼ xita; tbierek dak li jinbet minnha.+ 11  Int inkurunajt is-​sena bi tjubitek,+U mogħdijietek iqattru bl-​abbundanza.+ 12  Il-mergħat tax-​xagħri jibqgħu joqtru,+U l-​għoljiet jitħażżmu bil-​ferħ.+ 13  Il-mergħat tlibbsu bl-​imrieħel,+U l-​pjanuri l-​baxxi tgħattew bil-​qmuħ.+Dawn jgħajtu bil-​ferħ għajat taʼ rebħa, iva, ikantaw.+

Noti taʼ taħt