Salmi 63:1-11

Melodija taʼ David, meta kien fix-​xagħri taʼ Ġuda.+ 63  O Alla, int Alla tiegħi; jien nibqaʼ nfittxek.+Ruħi għatxana għalik.+Laħmi ddgħajjef tant kemm jixxennaq għalikF’art niexfa u mifnija, fejn m’hemmx ilma.+   Hekk kont jien meta rajtek fil-​post qaddis,+Meta rajt is-​saħħa u l-​glorja tiegħek.+   Billi l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hija aħjar mill-​ħajja,+Xofftejja se jfaħħruk.+   Għalhekk, se nbierkek matul ħajti;+Ngħolli idejja u nsejjaħ ismek.+   Ruħi tixbaʼ bħallikieku bl-​aħjar parti, iva, bl-​abbundanza,+U b’xofftejn mimlijin għajat ferrieħi fommi jagħti tifħir.+   Meta niftakar fik fuq soddti,+Matul l-​għases tal-​lejl* nimmedita fuqek.+   Għax int kont t’għajnuna għalija,+U fid-​dell taʼ ġwinħajk ngħajjat bil-​ferħ.+   Jien imxejt warajk mill-​qrib;+Idek il-​leminija żżommni sew.+   Imma dawk li jibqgħu jipprovaw jeqirduli ħajti,+Se jispiċċaw fil-​qiegħnett taʼ l-​art.+ 10  Se jingħataw f’idejn il-​qawwa tas-​sejf,+U jsiru ikel għall-​volpijiet.+ 11  U s-​sultan se jifraħ b’Alla.+Kulmin qed jaħlef bih se jiftaħar,+Għax dawk li qed jgħidu l-​gideb se jkollhom jagħlqu ħalqhom.+

Noti taʼ taħt

Fi żmien is-​Sultan David, l-​Israelin kellhom tliet għases tal-​lejl. L-​ewwel waħda kienet mis-​6 p.m. sa l-​10 p.m., it-​tieni, mill-​10 p.m. sas-​2 a.m., u t-​tielet, mis-​2 a.m. sas-​6 a.m.