Salmi 61:1-8

Lid-​direttur. Fuq l-​istrumenti tal-​korda. Taʼ David. 61  Ismaʼ, O Alla, l-​għajat tiegħi bil-​ħrara.+Agħti kas it-​talba tiegħi.+   Minn tarf l-​art jien ngħajjat, iva, ngħajjat lilek, meta qalbi tintelaq.+Mexxini għal fuq blata għolja.+   Għax int kont kenn għalija,+Torri b’saħħtu meta ffaċċjajt l-​għadu.+   Jien se nkun il-​mistieden fit-​tinda tiegħek għal dejjem;+Se nistkenn u ninħeba taħt ġwinħajk.+ Sela.   Għax int, O Alla, smajt il-​wegħdi tiegħi.+Tajtni l-​wirt taʼ dawk li jibżgħu minn ismek.+   Lis-sultan se żżidlu l-​jiem maʼ jiemu;+Is-​snin taʼ ħajtu jkunu bħallikieku minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+   Hu jgħammar għal dejjem quddiem Alla;+Ibgħat il-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità, sabiex iħarsuh.+   Għalhekk, ngħanni lil ismek għal dejjem,+Biex inkun nistaʼ rrodd il-​wegħdi tiegħi jum wara l-​ieħor.+

Noti taʼ taħt