Salmi 60:1-12

Lid-​direttur. Fuq Il-​Ġilju tat-​Tfakkira. Miktam.* Taʼ David. Biex jgħallem.+ Meta ssielet mal-​qawwiet t’Aram-naħarajm u t’Aram-Soba, u Ġowab ġie lura u ħabat għall-​Edomin f’Wied il-​Melħ, u qatel tnax-il elf.+ 60  O Alla, int warrabtna, u nfidt il-​qawwiet tagħna;+Int għadabt. Aċċettana lura.+   Int regħedt l-​art, u fraqtha.+Fejjaqha mill-​qsim tagħha, għax theżżet.+   Int ġegħelt lill-​poplu tiegħek jara t-​tbatija.+Tajtna nixorbu l-​inbid u aħna stordejna.+   Int għollejt arblu bħala sinjal għal dawk li jibżgħu minnek+Biex jiġru żigużajg ħalli jaħarbu mill-​qaws. Sela.   Sabiex il-​maħbubin tiegħek jinħelsu,+Salvana bil-​leminija tiegħek u wiġibna.+   Alla tkellem fil-​qdusija tiegħu:+“Jien se nifraħ, lil Sikem nagħti bħala sehem;+U l-​pjanura l-​baxxa taʼ Sukkot se nkejjilha u nagħtiha.+   Tiegħi Gilegħad u tiegħi wkoll Manasse,+U Efrajm hu l-​fortizza tal-​wieħed ewlieni tiegħi;Ġuda hu l-​ħatar tiegħi taʼ kmandant.+   Mowab il-​friskatur tiegħi tal-​ħasil.+Għal fuq Edom se nitfaʼ s-​sandlija tiegħi.+Fuq il-​Filistja se ngħajjat bil-​ferħ għajat taʼ rebħa.”+   Min se jiħodni lejn il-​belt assedjata?+Min se jmexxini s’Edom?+ 10  Mhux int, O Alla, li warrabtna+U li ma toħroġx maʼ l-​armati tagħna bħala Alla tagħna?+ 11  Agħtina l-​għajnuna fl-​inkwiet,+Għax għalxejn nittamaw għas-​salvazzjoni mill-​bniedem.+ 12  Permezz t’Alla se niksbu enerġija kbira,+U hu jisħaq lill-​avversarji tagħna.+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 16:Sopr, in-​nota taʼ taħt.