Salmi 58:1-11

Lid-​direttur. “Tagħmilx ħerba.” Taʼ David. Miktam.* 58  Jekk tibqgħu siktin, kif tistgħu titkellmu dwar is-​sewwa?+Tistgħu intom tiġġudikaw b’mod rett, O wlied il-​bnedmin?+   Le, imma minn qalbkom tipprattikaw inġustizzja sħiħa fl-​art,+U tħejju t-​triq għall-​vjolenza taʼ idejkom!+   In-nies mill-​agħar kienu mħassrin sa mill-​ġuf;+Żvijaw minn mindu kienu fiż-​żaqq;Gideb jgħidu.+   Il-velenu tagħhom bħall-​velenu tas-​serp,+Torox bħall-​kobra li ssodd widnejha+   Biex ma tismax minn leħen is-​sħaħar,+Għalkemm xi ħadd tas-​sengħa jagħmlilha magħmul.+   O Alla, tajrilhom snienhom minn ħalqhom.+Kisser l-​għadam tax-​xedaq taʼ l-​iljuni b’saħħithom, O Ġeħova.   Ħa jinħallu fl-​ilmijiet li jgħaddu jiġru;+Ħa jħejji l-​qaws u l-​vleġeġ tiegħu u huma jintelqu.+   Jimxu bħal bebbuxu li jdub;Bħat-​tarbija taʼ mara li tkorri m’humiex se jaraw ix-​xemx.+   Qabel ma l-​borom tagħkom iħossu s-​sħana taʼ l-​għollieqa taqbad,+Hu se jtajjar kemm l-​għollieqa ħadra u ħajja kif ukoll dik li qed tinħaraq, bħallikieku b’riħ taʼ tempesta.+ 10  Il-ġust se jifraħ għax ikun ra l-​vendetta.+Saqajh se jaħsilhom f’demm il-​bniedem mill-​agħar.+ 11  U l-​bnedmin jgħidu:+ “Żgur li l-​ġust se jieħu l-​frott.+Żgur li jeżisti Alla li qed jiġġudika l-​art.”+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 16:Sopr, in-​nota taʼ taħt.