Salmi 57:1-11

Lid-​direttur. “Tagħmilx ħerba.” Taʼ David. Miktam.* Meta ħarab minħabba Sawl, għal ġo l-​għar.+ 57  Ħenn għalija, O Alla, ħenn għalija,+Għax fik stkennet ruħi;+U fid-​dell taʼ ġwinħajk nistkenn sakemm jgħaddi l-​għawġ.+   Jien insejjaħ lil Alla l-​Iktar Għoli, lill-​Alla l-​veru li jtemm l-​għawġ tiegħi minħabba fija.+   Se jibgħat l-​għajnuna mis-​sema u jsalvani.+Se jħawwad lil dak li qed jipprova jaħtafni f’ħalqu.+ Sela.Alla se jibgħat il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu u l-​verità tiegħu.+   Ruħi qiegħda qalb l-​iljuni;+Ikolli nimtedd fost dawk li jridu jibilgħuni, iva, ulied il-​bnedmin,Li snienhom huma lanez u vleġeġ,+U lsienhom sejf jaqtaʼ.+   Ħa titgħolla ’l fuq mis-​smewwiet, O Alla;+Ħa tkun il-​glorja tiegħek ’il fuq mill-​art kollha.+   Huma ħejjew xibka għal saqajja;+Ruħi mtaqqla bin-​niket.+Ħaffruli ħofra quddiemi;U waqgħu fiha huma stess.+ Sela.   Qalbi soda, O Alla,+Qalbi soda.Se nkanta u ngħanni.+   Stenbaħ, O kulma hu glorjuż fija;+Stenbaħ, O strument tal-​korda; int ukoll, O arpa.+Jien se nqajjem iż-​żerniq.   Se nfaħħrek fost il-​popli, O Ġeħova;+Ngħannilek fost il-​ġnus.+ 10  Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hija kbira sas-​smewwiet,+U l-​verità tiegħek sas-​sema.+ 11  Ħa titgħolla ’l fuq mis-​smewwiet, O Alla;+Ħa tkun il-​glorja tiegħek ’il fuq mill-​art kollha.

Noti taʼ taħt

Ara Sa 16:Sopr, in-​nota taʼ taħt.