Salmi 55:1-23

Lid-​direttur. Fuq l-​istrumenti tal-​korda. Maskil.* Taʼ David. 55  Agħti widen, O Alla, għat-​talba tiegħi;+U tinħebiex mis-​supplika* tiegħi għall-​ħniena.+   Agħti kasi u wiġibni.+M’għandix kwiet minħabba t-​tħassib tiegħi,+U ma nistax ma ninkwetax,   Minħabba dak li qed jgħid l-​għadu, minħabba l-​pressjoni mill-​ħażin.+Għax huma l-​ħin kollu jagħmluli l-​ħsara,+U bir-​rabja jżommu f’qalbhom il-​mibegħda għalija.+   Qalbi muġugħa għall-​aħħar ġo fija,+U waqaʼ fuqi l-​biżaʼ tal-​mewt.+   Biżaʼ, iva, tregħid għandi fuqi,+U t-​tkexkix jgħattini.   U l-​ħin kollu ngħid: “O li kelli l-​ġwienaħ bħal ħamiema!+Kieku kont intir xi mkien ieħor u ngħammar hemm.+   Ara! Kont intir ’il bogħod;+Kont immur noqgħod fix-​xagħri.+Sela—   Kont ngħaġġel lejn post fejn naħrabMir-​riħ qawwi, mit-​tempesta.”+   Ħawwadhom, O Ġeħova, ħawdilhom kliemhom,+Għax vjolenza u argumenti rajt fil-​belt.+ 10  Lejl u nhar iduru magħha fuq is-​swar tagħha;+U ħsara u inkwiet hemm ġewwa fiha.+ 11  Għawġ hemm f’nofsha;U l-​moħqrija u l-​qerq ma ċċaqalqux mill-​pjazza tagħha.+ 12  Għax mhux l-​għadu kien li maqdarni;+Kieku kont nissaportih.Mhux xi ħadd li kien mimli mibegħda għalija tkabbar ħafna kontrija;+Kieku kont inkun nistaʼ ninħeba minnu.+ 13  Imma kont int, bniedem mortali li jien stmajtu daqsi,+Xi ħadd li naf u li jien midħla tiegħu,+ 14  Għax konna ngawdu ħbiberija ħelwa flimkien;+Lejn id-​dar t’Alla konna nimxu mal-​ġemgħa.+ 15  Ħa tiġi ħerba fuqhom!+Ħa jinżlu ħajjin fil-​Qabar;*+Għax il-​ħażen jgħammar fejn jgħammru huma.+ 16  Min-naħa tiegħi, se nsejjaħ lil Alla;+U Ġeħova jsalvani.+ 17  Fil-għaxija, fil-​għodu, u f’nofsinhar ma nistax ma ninkwetax, u għalhekk nokrob,+U hu jismaʼ leħni.+ 18  Hu se jifdili ruħi mill-​attakki kontrija u jagħtiha l-​paċi,+Għax ġew kotriet kontrija.+ 19  Alla, li qiegħed fuq it-​tron bħal fil-​passat,+Se jismagħhom u jwiġibhom+Sela—Lil dawk li ma nbidlux+U li ma beżgħux minn Alla.+ 20  Hu* medd idejh kontra dawk fil-​paċi miegħu;+Kasbar il-​patt tiegħu.+ 21  Artab iktar mill-​butir kliem fommu,+Imma qalbu lesta għall-​ġlied.+Kliemu jiżloq iktar miż-​żejt,+Imma fil-​fatt hu bħal sejf mislut.+ 22  Ixħet toqlok fuq Ġeħova,+U jsostnik.+Hu qatt ma jħalli lill-​ġust jogħtor.+ 23  Imma int, O Alla, se tniżżilhom fl-​iktar ħofra fonda.+Il-​bnedmin ħatjin tad-​demm u qarriqin mhux se jgħixu nofs il-​jiem tagħhom.+Imma jien, jien se nafda fik.+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “mit-​talba bil-​ħerqa.”
Bl-Ebrajk, “Xeol.”
“Hu” milli jidher jirreferi għal dak li kien il-​ħabib tas-​Salmista u li ssemma f’versi 12-14.