Salmi 54:1-7

Lid-​direttur. Fuq l-​istrumenti tal-​korda. Maskil.* Taʼ David. Meta ż-​Żifin daħlu u qalu lil Sawl: “Ma tafx li David qed jinħeba fostna?”+ 54  O Alla, b’ismek salvani,+U bis-​setgħa tiegħek idħol għalija.+   O Alla, ismaʼ t-​talba tiegħi;+Agħti widen lil kliem fommi.+   Għax hemm xi stranġieri li qamu kontrija,U nies tiranni li qed jipprovaw jiħduli ħajti.+Ma qegħdux lil Alla quddiemhom.+ Sela.   Ara! Alla hu dak li jgħinni;+Ġeħova hu maʼ dawk li qed jappoġġawni.   Hu se jrodd il-​ħażin lill-​għedewwa tiegħi.+Sikkithom bil-​verità tiegħek.+   Minn qalbi se nagħmillek sagrifiċċji.+Se nfaħħar lil ismek, O Ġeħova, għax dan hu tajjeb.+   Għax ħelisni minn kull niket,+U għajnejja ħarsu rebbiħin lejn l-​għedewwa tiegħi.+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.