Salmi 51:1-19

Lid-​direttur. Melodija taʼ David. Meta l-​profeta Natan daħal għandu wara li kellu x’jaqsam maʼ Bat-seba.+ 51  Ħenn għalija, O Alla, skond il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+Skond l-​abbundanza tal-​ħniniet tiegħek ħassar għalkollox in-​nuqqasijiet tiegħi.+   Aħsilni sew mill-​iżball tiegħi,+U naddafni minn dnubi.+   Għax jien naf in-​nuqqasijiet tiegħi,+U dnubi quddiemi l-​ħin kollu.+   Kontrik u kontrik biss dnibt jien,+U dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt;+B’hekk jintwera li int ġust meta titkellem,+U bla tebgħa meta tiġġudika.+   Ara! Fl-​iżball jien twilidt bl-​uġigħ tal-​ħlas,+U ommi nisslitni bid-​dnub.+   Ara! Int tgħaxxaqt bil-​verità fil-​qalb;+Għinni biex fil-​bniedem li jien minn ġewwa nkun naf x’inhu l-​għerf.+   Ippurifikani mid-​dnub biż-​żuf, biex inkun nadif;+Aħsilni, biex nibjad iktar mis-​silġ.*+   Ħallini nismaʼ ferħ kbir u hena,+Biex l-​għadam li farraktli jkun jistaʼ jifraħ.+   Aħbi wiċċek minn dnubieti,+U ħassarli l-​iżbalji kollha tiegħi.+ 10  Oħloq fija qalb pura, O Alla,+U poġġi ġewwa fija spirtu ġdid, wieħed sod.+ 11  Twarrabnix minn quddiem wiċċek;+U l-​ispirtu qaddis tiegħek tneħħihx minn fuqi.+ 12  Erġaʼ agħtini l-​ferħ tas-​salvazzjoni tiegħek,+Qajjem fija x-​xewqa li nobdik.+ 13  Lil dawk li jiksru l-​liġi se ngħallimhom triqatek,+Biex il-​midinbin ikunu jistgħu jduru lura lejk.+ 14  Eħlisni mill-​ħtija tad-​demm,+ O Alla, l-​Alla tas-​salvazzjoni tiegħi,+Biex ilsieni jkun jistaʼ jgħid bil-​ferħ dwar is-​sewwa tiegħek.+ 15  O Ġeħova, jalla tiftaħli xofftejja,+Biex fommi jkun jistaʼ jxandar tifħirek.+ 16  Għax int ma titgħaxxaqx bis-​sagrifiċċju—kieku kont nagħtih;+Offerta sħiħa tal-​ħruq ma tiħux gost biha.+ 17  Is-sagrifiċċji li jaċċetta Alla huma spirtu miksur;+Qalb maqsuma u mgħaffġa, O Alla, int ma tistmerrhiex.+ 18  Bir-rieda tajba tiegħek imxi tajjeb maʼ Sijon;+Ibni l-​ħitan taʼ Ġerusalemm.+ 19  Imbagħad int titgħaxxaq b’sagrifiċċji tas-​sewwa,+B’sagrifiċċji tal-​ħruq u offerti sħaħ;+Imbagħad il-​barrin se jiġu offruti fuq l-​artal tiegħek.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “borra.”