Salmi 50:1-23

Melodija t’Asaf.+ 50  Id-Divin,+ Alla, Ġeħova,+ tkellem;+U jsejjaħ l-​art,+Minn tlugħ ix-​xemx sa nżulha.+   Minn ġo Sijon, il-​perfezzjoni tas-​sbuħija,+ Alla wera d-​dija tiegħu.+   Alla tagħna ġej u ma jistax ikun jibqaʼ sieket.+Qablu hemm nar jiblaʼ kollox,+U madwaru qamet tempesta qalila.+   Isejjaħ is-​smewwiet t’hemm fuq u l-​art+Sabiex jagħmel ġudizzju mill-​poplu tiegħu:+   “Iġbruli lil-​leali tiegħi,+Dawk li għamlu patt miegħi b’sagrifiċċju.”+   Ħa jxandru s-​smewwiet dwar is-​sewwa tiegħu,+Għax Alla hu Mħallef.+ Sela.   “Ismagħni, O poplu tiegħi, u jien inkellmek,+O Israel, u nixhed kontrik.+Jien Alla, Alla tiegħek.+   Mhux dwar is-​sagrifiċċji tiegħek inwiddbek,+Lanqas dwar l-​offerti sħaħ tal-​ħruq tiegħek li huma quddiemi l-​ħin kollu.+   M’iniex se nieħu barri minn darek,+Bdabad mill-​imqawel tiegħek. 10  Għax kull annimal salvaġġ tal-​foresta huwa tiegħi,+Il-​bhejjem fuq elf muntanja.+ 11  Jien naf sew kull ħliqa bil-​ġwienaħ li hemm fil-​muntanji,+U l-​qtajjaʼ taʼ l-​annimali tar-​rabaʼ huma tiegħi.+ 12  Kieku kont bil-​ġuħ, ma kontx ngħid lilek;Għax tiegħi hi l-​art produttiva+ u kulma fiha.+ 13  Jaqaw jien se niekol il-​laħam tal-​barrin b’saħħithom+U nixrob id-​demm tal-​bdabad?+ 14  Offri radd il-​ħajr bħala sagrifiċċju lil Alla,+U rodd il-​wegħdi tiegħek lill-​Iktar Għoli;+ 15  U sejjaħli f’jum in-​niket.+Jien insalvak, u int tigglorifikani.”+ 16  Imma lill-​bniedem mill-​agħar Alla se jkollu jgħidlu:+“Xi dritt għandek issemmi r-​regolamenti tiegħi+U titkellem fuq il-​patt tiegħi?+ 17  Int—int bgħadt id-​dixxiplina,+U tibqaʼ titfaʼ kliemi warajk.+ 18  Kulmeta kont tara ħalliel, kont saħansitra titgħaxxaq bih;+U sehmek kien maʼ l-​adulteri.+ 19  Fommok tlaqtu għall-​ħażen,+U lsienek iżżommu mwaħħal mal-​qerq.+ 20  Int toqgħod bil-​qiegħda u titkellem kontra ħuk stess,+Tikxef in-​nuqqas taʼ bin ommok.+ 21  Int għamilt dawn l-​affarijiet, u jien bqajt sieket.+Int immaġinajt li jien kont se nsir bħalek.+Se nwiddbek,+ u nurik kollox ċar quddiem għajnejk.+ 22  Ifhmu dan, jekk jogħġobkom, intom li tinsew lil Alla,+Li ma ntertaqkomx u ma jkun hemm ħadd li jeħliskom.+ 23  Dak li joffrili radd il-​ħajr bħala sagrifiċċju hu dak li jigglorifikani;+U lil dak li jibqaʼ miexi fit-​triq b’determinazzjoni,Jien se nurih is-​salvazzjoni minn Alla.”+

Noti taʼ taħt