Salmi 49:1-20

Lid-​direttur. Taʼ wlied Koraħ.+ Melodija. 49  Isimgħu dan, popli kollha.Agħtu widen, abitanti kollha tas-​sistema dinjija,+   Intom ulied l-​umanità, u intom ulied il-​bniedem,Is-​sinjur u l-​fqir flimkien.+   Fommi se jitkellem affarijiet t’għerf,+U l-​meditazzjoni taʼ qalbi se tkun dwar affarijiet li jeħtieġu l-​abbiltà li nifhem.+   Se mmejjel widinti għal kliem t’għerf;+Se nispjega l-​ħaġa moħġaġa tiegħi bl-​arpa.+   Għala għandi nibżaʼ f’jiem il-​ħażen,+Meta nkun imdawwar bl-​iżball taʼ dawk li jridu jirrovinawni?+   Dawk li qed jafdaw fil-​mezzi t’għajxien tagħhom,+U li dejjem jiftaħru dwar l-​abbundanza taʼ rikkezzi li għandhom,+   Ħadd minnhom ma jistaʼ jifdi b’xi mod lil ħuh,+U lanqas jagħti lil Alla fidwa għalih;   (U l-​prezz tal-​ħelsien taʼ ruħhom tant hu għoli+Li qatt* ma tħallas)   Biex jibqaʼ jgħix għal dejjem u ma jarax il-​ħofra.+ 10  Għax hu jara li saħansitra l-​għorrief imutu,+L-​istupidu u dak li ma jirraġunax jgħibu flimkien,+U jkollhom iħallu l-​mezzi t’għajxien tagħhom lil oħrajn.+ 11  Ix-xewqa taʼ qalbhom hi li djarhom jibqgħu għal dejjem,+Ir-​residenzi tagħhom minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+L-​artijiet tagħhom semmewhom għal isimhom.+ 12  U madankollu l-​bniedem, għalkemm ikun onorat, ma jistax jibqaʼ ħaj;+Tabilħaqq se jkun bħall-​bhejjem li ntemmew.+ 13  Din hi t-​triq taʼ l-​istupidi,+U taʼ dawk li jmorru warajhom u jieħdu gost b’dak li jgħidu. Sela. 14  Bħal nagħaġ inħatru għall-​Qabar;*+Il-​mewt se tirgħahom;+Fil-​għodu jiġu mġegħlin ikunu sottomessi lejn ir-​retti,+U ġisimhom jitmermer;+Minflok dar eżaltata kull wieħed minnhom se jkollu l-​Qabar.+ 15  Madankollu, Alla se jifdini* minn taħt idejn il-​Qabar,+Għax hu se jilqagħni għandu. Sela. 16  Tibżax jekk xi ħadd isir sinjur,+Jekk tiżdiedlu l-​glorja taʼ daru,+ 17  Għax meta jmut ma jistaʼ jieħu assolutament xejn miegħu;+Il-​glorja tiegħu ma tinżilx miegħu.+ 18  Għax f’ħajtu hu jkun bierek lilu nnifsu;+(U n-​nies ifaħħruk għax tikseb ħafna ġid)+ 19  Fl-aħħar mill-​aħħar jasal biss safejn waslet il-​ġenerazzjoni taʼ missirijietu.+Qatt iktar ma jaraw id-​dawl.+ 20  Il-bniedem li ma jifhimx, għalkemm ikun onorat,+Tabilħaqq se jkun bħall-​bhejjem li ntemmew.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’vers 15 ukoll.
Letteralment, “jifdi lil ruħi.”