Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Salmi 48:1-14

Għanja. Melodija taʼ wlied Koraħ.+ 48  Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir+ Fil-belt t’Alla tagħna,+ fuq il-muntanja qaddisa tiegħu.+   Sabiħa għall-għoli tagħha, il-ferħ taʼ l-art kollha,+ Hi l-Muntanja Sijon fl-iktar naħat imbegħdin tat-tramuntana,+ Il-belt tas-Sultan Grandjuż.+   Fit-torrijiet mgħammrin tagħha Alla sar magħruf bħala post fl-għoli taʼ sigurtà.+   Għax, ara, is-slaten ftiehmu u ltaqgħu,+ Baqgħu għaddejjin minn hawn flimkien.+   Huma raw, u għalhekk baqgħu mgħaġġbin. Tħawdu, ħakimhom il-paniku u telqu jiġru.+   Hemmhekk qabadhom it-tregħid,+ L-uġigħ tal-ħlas bħal taʼ mara li qed tiled.+   B’riħ mil-lvant int tfarrak il-bastimenti taʼ Tarsis.+   Bħalma smajna, hekk rajna+ Fil-belt taʼ Ġeħova taʼ l-armati, fil-belt t’Alla tagħna.+ Alla se jistabbiliha fis-sod għal dejjem.+ Sela.   Aħna qgħadna nirriflettu, O Alla, fuq il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek+ F’nofs it-tempju tiegħek.+ 10  Bħal ismek,+ O Alla, hekk hu t-tifħir tiegħek Sa xfar l-art. Idek il-leminija mimlija bis-sewwa.+ 11  Jalla tithenna l-Muntanja Sijon,+ Jalla jifirħu l-bliet żgħar taʼ* Ġuda,+ minħabba d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.+ 12  Immarċjaw madwar Sijon, u duru magħha,+ Għoddu t-torrijiet tagħha.+ 13  Ħarsu sew lejn il-ħitan b’saħħithom tagħha.+ Iflulha t-torrijiet mgħammrin tagħha, Sabiex tkunu tistgħu tirrakkontaw dan lill-ġenerazzjoni tal-futur.+ 14  Għax dan Alla hu Alla tagħna għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+ Hu se jiggwidana sakemm immutu.+

Noti taʼ taħt

Jew, “il-bliet li jiddependu minn.” Letteralment, “il-bniet taʼ.”