Salmi 47:1-9

Lid-​direttur. Taʼ wlied Koraħ. Melodija. 47  Intom il-​popli kollha, ċapċpu idejkom.+Għajtu lil Alla għajat ferrieħi taʼ rebħa.+   Għax Ġeħova, l-​Iktar Għoli, iqanqal il-​biżaʼ;+Hu Sultan kbir fuq l-​art kollha.+   Se jrażżan lill-​popli taħtna+U lill-​ġnus taħt saqajna.+   Se jagħżlilna wirtna,+Li Ġakobb, li hu tant ħabb, hu kburi bih.+ Sela.   Alla telaʼ f’postu b’għajat mimli ferħ,+Ġeħova wasal bil-​ħoss tal-​qarn.+   Għannu lil Alla, għannu.+Għannu lis-​Sultan tagħna, għannu.   Għax Alla hu s-​Sultan taʼ l-​art kollha;+Għannu, u aġixxu bil-​għaqal.+   Alla sar sultan fuq il-​ġnus.+Alla poġġa fuq it-​tron qaddis tiegħu.+   In-nobbli tal-​popli nġabru flimkien,+Man-​nies taʼ l-​Alla t’Abraham.+Għax t’Alla huma dawk li qishom it-​tarki* taʼ l-​art.+Hu telaʼ f’post għoli ferm.+

Noti taʼ taħt

X’aktarx dawn jirreferu għall-​ħakkiema jew il-​protetturi tan-​nies.