Salmi 46:1-11

Lid-​direttur. Taʼ wlied Koraħ.+ Fuq Ix-​Xebbiet. Għanja. 46  Alla hu għalina kenn u saħħa,+Għajnuna li tistaʼ tinstab malajr matul l-​inkwiet.+   Għalhekk ma nibżgħux, għalkemm l-​art tinbidel+U għalkemm il-​muntanji jaqgħu f’nofs taʼ baħar vast;+   Għalkemm l-​ilmijiet tiegħu jitqallbu u jagħmlu r-​ragħwa,+Għalkemm il-​muntanji jitriegħdu malli jgħajjat.+ Sela.   Hemm xmara li n-​nixxigħat tagħha jferrħu l-​belt t’Alla,+It-​tabernaklu grandjuż, l-​iżjed wieħed qaddis, taʼ l-​Iktar Għoli.+   Alla qiegħed f’nofs il-​belt;+ din mhix se titħarrek.+Alla jgħinha malli tfiġġ l-​għodwa.+   Il-ġnus saru storbjużi,+ is-​saltniet tħarrku;Hu semmaʼ leħnu, l-​art dabet.+   Ġeħova taʼ l-​armati qiegħed magħna;+L-​Alla taʼ Ġakobb hu post fl-​għoli taʼ sigurtà għalina.+ Sela.   Ejjew, araw l-​attivitajiet taʼ Ġeħova,+Kif għamel affarijiet taʼ l-​istagħġib fuq l-​art.+   Qed iwaqqaf il-​gwerer sa tarf l-​art.+Il-​qaws jaqsmu fi tnejn u l-​lanza jkissirha biċċiet;+Il-​karrijiet jaħraqhom fin-​nar.+ 10  “Ċedu, u kunu afu li jien Alla.+Se nitgħolla fost il-​ġnus,+Se nitgħolla fl-​art.”+ 11  Ġeħova taʼ l-​armati qiegħed magħna;+L-​Alla taʼ Ġakobb hu post fl-​għoli taʼ sigurtà għalina.+ Sela.

Noti taʼ taħt