Salmi 45:1-17

Lid-​direttur. Fuq Il-​Ġilji. Taʼ wlied Koraħ. Maskil.*Għanja tan-​nisa maħbubin. 45  Qalbi tqanqlet b’ħaġa tajba.+Qed ngħid: “Xogħlijieti huma dwar sultan.”+Jalla lsieni jkun bħall-​pinna+ taʼ kopista tas-​sengħa.+   Int tassew isbaħ minn ulied il-​bnedmin.+Il-​ġmiel tferraʼ fuq xofftejk.+Għalhekk bierkek Alla għal dejjem.+   Ħażżem sejfek+ fuq ġenbek, O setgħan,+Flimkien mad-​dinjità u l-​glorja tiegħek.+   U fil-​glorja tiegħek mur u rnexxi;+Irkeb għall-​kawża tal-​verità, l-​umiltà, u s-​sewwa,+U idek il-​leminija tistruwik dwar affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ.+   Il-vleġeġ misnunin tiegħek se jidħlu f’qalb l-​għedewwa tas-​sultan;+Taħtek jaqgħu l-​popli.+   Alla hu t-​tron tiegħek għal żmien indefinit, iva, għal dejjem;+Ix-​xettru taʼ saltnatek hu xettru rett.+   Int tħobb il-​ġustizzja+ u tobgħod il-​ħażen.+Huwa għalhekk li Alla, Alla tiegħek,+ dilkek+ biż-​żejt tal-​ferħ+ iktar minn sħabek.+   Ħwejġek kollha mirra u sabbara u kassja;+Mill-​palazz grandjuż taʼ l-​avorju,+ l-​istrumenti tal-​korda jferrħuk.   Il-bniet+ tas-​slaten huma fost in-​nisa prezzjużi tiegħek.Mart is-​sultan+ qagħdet fuq lemintek liebsa d-​deheb t’Ofir.+ 10  Ismaʼ, O bint, u ara, u mejjel widintek;U insa lil niesek u ’l dar missierek.+ 11  Is-sultan jixxennaq għal sbuħitek,+Għax hu sidek,+Mela mil quddiemu.+ 12  Bint Tir ukoll ġiet b’għotja;+L-​għonja tal-​poplu se jfittxu l-​approvazzjoni tiegħek.+ 13  Bint is-​sultan glorjuża ferm fid-​dar;+Ħwejjiġha rrakkmati bid-​deheb. 14  Bi lbies minsuġ se tinġieb għand is-​sultan.+It-​tfajliet verġni, sħabha, li qed jakkumpanjawha, jiddaħħlu għandek.+ 15  Se jinġiebu bl-​hena u bil-​ferħ;Jidħlu fil-​palazz tas-​sultan. 16  Flok missirijietek+ se jkun hemm uliedek,+Li int se taħtarhom bħala prinċpijiet fl-​art kollha.+ 17  Se nsemmi ismek tul il-​ġenerazzjonijiet kollha li ġejjin.+Għalhekk ifaħħruk il-​popli għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.

Noti taʼ taħt

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.