Salmi 44:1-26

Lid-​direttur. Taʼ wlied Koraħ.+ Maskil.* 44  O Alla, smajna b’widnejna,Missirijietna rrakkontawlna+Dak li għamilt fi żmienhom,+Fi żmien il-​qedem.+   B’idek keċċejt lill-​ġnus l-​oħrajn,+U minflokhom ħawwilt lilhom.+Int kissirt lill-​popli u bgħatthom ’l hemm.+   Għax ma kienx permezz taʼ sejfhom li ħadu f’idejhom l-​art,+U ma kienx driegħhom li salvahom.+Kienu idek il-​leminija u driegħek+ u d-​dawl taʼ wiċċek,Għax int ħadt gost bihom.+   Int is-​Sultan tiegħi, O Alla.+Ordna li Ġakobb ikollu salvazzjoni grandjuża.+   Permezz tiegħek aħna se rrossu lill-​avversarji tagħna;+F’ismek se nisħqu lil dawk li qed iqumu kontrina.+   Għax ma kienx fil-​qaws tiegħi li fdajt+U ma kienx sejfi li salvani.+   Għax int salvajtna mill-​avversarji tagħna,+U lil dawk mimlijin mibegħda għalina ġegħelthom jistħu.+   Lil Alla se nfaħħruh il-​jum kollu,+U lil ismek se ngħolluh għal dejjem.+ Sela.   Imma issa int qed twarrabna u tumiljana,+U m’għadekx toħroġ maʼ l-​armati tagħna.+ 10  Int tibqaʼ ġġegħelna nerġgħu lura minn quddiem l-​avversarju,+U dawk mimlijin mibegħda għalina ħarbtuna kif qablilhom.+ 11  Ċedejtna bħal nagħaġ, bħal ikel,+U fost il-​ġnus xerridtna.+ 12  Begħt lill-​poplu tiegħek kważi b’xejn,+U ma stagħnejtx bil-​prezz li tlabt għalih. 13  Għamiltna oġġett taʼ żebliħ għall-​ġirien tagħna,+Taċ-​ċajt u tad-​daħq għal dawk kollha taʼ madwarna.+ 14  Int għamiltna bħal qawl fost il-​ġnus,+Tixjir tar-​ras fost il-​popli.+ 15  L-umiljazzjoni tiegħi quddiemi l-​jum kollu,U wiċċi nkesa bil-​mistħija,+ 16  Minħabba leħen dak li qed imaqdar u jgħajjar,Minħabba l-​għadu u dak li qed jivvendika ruħu.+ 17  Ġie dan kollu fuqna, u aħna ma nsejniekx,+U ma ttradejniex il-​patt tiegħek.+ 18  Qalbna ma warrbitx minnek bi żlealtà,+Lanqas il-​passi tagħna ma jiżvijaw mill-​mogħdija tiegħek.+ 19  Int farraktna f’post ix-​xakalli,+U tgħattina bi dlam ċappa.+ 20  Jekk insejna isem Alla tagħna,Jew ftaħna idejna biex nitolbu lil xi alla barrani,+ 21  Ma jeżaminahiex Alla din il-​ħaġa?+Għax hu jaf is-​sigrieti tal-​qalb.+ 22  Imma minħabba fik ġejna maqtulin il-​jum kollu;Ġejna meqjusin bħala nagħaġ għall-​qatla.+ 23  Qum. Għala tibqaʼ rieqed, O Ġeħova?+Stenbaħ. Tibqax twarrabna għal dejjem.+ 24  Għala tibqaʼ taħbi wiċċek?Għala tinsa s-​sofferenza u l-​moħqrija tagħna?+ 25  Sat-trab tbaxxiet ruħna;+Żaqqna maʼ l-​art. 26  Qum għinna+U ifdina f’ġieħ il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.