Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Salmi 43:1-5

43  Iġġudikani,+ O Alla, U mexxi l-kawża legali tiegħi+ kontra ġens mhux leali. Eħlisni mill-bniedem taʼ qerq u inġustizzja.+   Għax int l-Alla tiegħi, il-fortizza tiegħi.+ Għala warrabtni? Għala nimxi ’l hemm u ’l hawn qalbi sewda minħabba l-moħqrija mill-għadu?+   Ibgħat id-dawl tiegħek u l-verità tiegħek.+ Ħa jmexxuni huma.+ Ħa jġibuni lejn il-muntanja qaddisa tiegħek u lejn it-tabernaklu grandjuż tiegħek.+   U jien niġi lejn l-artal t’Alla,+ Lejn Alla, il-ferħ kbir tiegħi.+ U nfaħħrek bl-arpa, O Alla, Alla tiegħi.+   Għala int iddisprata, O ruħi,+ Għala tagħmel storbju ġewwa fija? Stenna lil Alla,+ Għax jien għad irrid infaħħru bħala s-salvazzjoni grandjuża tiegħi u bħala Alla tiegħi.+

Noti taʼ taħt