Salmi 42:1-11

Lid-​direttur. Maskil* għal ulied Koraħ.+ 42  Bħalma ċ-​ċerva tixxennaq għan-​nixxigħat taʼ l-​ilma,Hekk ruħi tixxennaq għalik, O Alla.+   Ruħi tabilħaqq hija għatxana għal Alla,+ għall-​Alla l-​ħaj.+Meta se niġi u nidher quddiem Alla?*+   Id-dmugħ tiegħi sar ikel għalija lejl u nhar,+Waqt li l-​jum kollu jgħiduli: “Fejn hu Alla tiegħek?”+   Niftakar l-​affarijiet taʼ l-​imgħoddi, u nħoss ruħi ddub ġewwa fija.+Għax jien kont ngħaddi mal-​ġemgħa;Kont nimxi bil-​mod quddiemhom lejn id-​dar t’Alla,+Bil-​ħoss t’għajta ferriħija u radd il-​ħajr,+Taʼ folla li tiċċelebra festa.+   Għala int iddisprata, O ruħi,+U għala tagħmel storbju ġewwa fija?+Stenna lil Alla,+Għax jien għad irrid infaħħru bħala s-​salvazzjoni grandjuża tiegħi.+   O Alla tiegħi, ruħi ddisprata ġewwa fija.+Għalhekk niftakar fik,+Mill-​art tal-​Ġordan u l-​qċaċet tal-​Ħermon,+Mill-​muntanja ċ-​ċkejkna.+   Ilma fond isejjaħ lil ilma fondMal-​ħoss tal-​gliegel tiegħek taʼ l-​ilma.Il-​ħalel u l-​imwieġ kollha tiegħek+Minn fuqi għaddew.+   Bi nhar Ġeħova se jibgħat il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu,+U bil-​lejl inkanta dwaru;+Se nitlob lill-​Alla taʼ ħajti.+   Se ngħid lil Alla, il-​blat għoli tiegħi:+“Għala nsejtni?+Għala nimxi qalbi sewda minħabba l-​moħqrija taʼ l-​għadu?”+ 10  L-għedewwa tiegħi tant maqdruni li bħallikieku kissruli għadmi,+Waqt li l-​jum kollu jgħiduli: “Fejn hu Alla tiegħek?”+ 11  Għala int iddisprata, O ruħi,+U għala tagħmel storbju ġewwa fija?+Stenna lil Alla,+Għax jien għad irrid infaħħru bħala s-​salvazzjoni grandjuża tiegħi u bħala Alla tiegħi.+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.
Jiġifieri, nidħol fid-​dar t’Alla.