Salmi 40:1-17

Lid-​direttur. Taʼ David, melodija. 40  Jien ittamajt f’Ġeħova bis-​serjetà,+U għalhekk hu mejjel widintu lejja u semaʼ l-​għajta tiegħi għall-​għajnuna.+   Ħariġni wkoll minn ħofra b’ilmijiet iħabbtu,+Mit-​tajn fond tal-​qiegħ.+Imbagħad tellagħli saqajja fuq blata;+Waqqaf il-​passi tiegħi fis-​sod.+   Iktar minn hekk, qegħedli għanja ġdida fuq fommi,Tifħir lil Alla tagħna.+Ħafna se jaraw dan u jibżgħu,+U jafdaw f’Ġeħova.+   Hieni r-​raġel b’saħħtu li għamel lil Ġeħova l-​fiduċja tiegħu+U li ma tax wiċċ lil nies li jisfidaw,U lanqas lil dawk li jaqgħu għall-​gideb.+   Int għamilt ħafna affarijiet,+Iva, għemejjel taʼ l-​għaġeb, O Ġeħova Alla tiegħi, u ħsibijietek huma dwarna;+Ħadd ma jistaʼ jitqabbel miegħek.+Kieku kelli ngħid u nitkellem dwarhom,Kienu jkunu ferm iżjed milli nistaʼ nsemmi.+   Sagrifiċċju u offerta int ma tgħaxxaqtx bihom;+Int ftaħtli widnejja.+Offerta tal-​ħruq u offerta għad-​dnub int ma tlabtx.+   Għalhekk, jien għedt: “Hawn jien, ġejt,+Kif hemm miktub dwari fir-​romblu tal-​ktieb.+   Jien tgħaxxaqt nagħmel ir-​rieda tiegħek, O Alla tiegħi,+U l-​liġi tiegħek qiegħda fil-​ġewwieni tiegħi.+   Jien għedt l-​aħbar tajba tas-​sewwa fil-​kongregazzjoni l-​kbira.+Ara! Xofftejja ma rrażżanhomx.+O Ġeħova, int tafu tajjeb dan.+ 10  Is-sewwa tiegħek jien ma ħbejtux ġo qalbi.+Il-​fedeltà tiegħek u s-​salvazzjoni tiegħek xandarthom.+Ma ħbejtx il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek u l-​verità tiegħek quddiem il-​kongregazzjoni l-​kbira.”+ 11  Int, O Ġeħova, toqgħodx lura milli titħassarni.+Ħa jħarsuni l-​ħin kollu l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek u l-​verità tiegħek.+ 12  Għax il-​gwajijiet dawruni sakemm ma kinux jingħaddu iktar.+Ħakmuni iktar żbalji milli stajt ninduna bihom;+Kotru iktar mix-​xagħar taʼ rasi,+U qtajt qalbi.+ 13  Ħa jogħġbok, O Ġeħova, li teħlisni.+O Ġeħova, fittex għinni.+ 14  Jalla jistħu u jħossuhom avviliti dawk kollha+Li qed jipprovaw jeqirduli ħajti.+Ħa jduru lura u jiġu umiljati dawk li qed jitgħaxxqu bil-​gwaj tiegħi.+ 15  Ħa jistagħġbu u jiċċassaw minħabba l-​mistħija tagħhom+Dawk li qed jgħiduli: “Ħaħ! Ħaħ!”+ 16  Ħa jifirħu u jithennew bik,+Dawk kollha li qed ifittxuk.+Ħa jgħidu l-​ħin kollu: “Jalla Ġeħova jkun imfaħħar bil-​kbir,”+Dawk li jħobbu s-​salvazzjoni li tiġi mingħandek.+ 17  Imma jien qed insofri u fqir.+Ġeħova jagħti kasi.+Int l-​għajnuna tiegħi u Dak li jħarrabni.+O Alla tiegħi, iddumx.+

Noti taʼ taħt