Salmi 4:1-8

Lid-​direttur. Fuq l-​istrumenti tal-​korda.+ Melodija taʼ David. 4  Meta nsejjaħ wiġibni, O Alla ġust tiegħi.+Fi żmien id-​dwejjaq, oħroġni fil-​wisaʼ.Ħenn għalija+ u ismaʼ t-​talba tiegħi.   O wlied il-​bnedmin, kemm se ddumu tinsultaw il-​glorja tiegħi,+Waqt li tibqgħu tħobbu l-​frugħat,Waqt li tibqgħu tipprovaw issibu gidba? Sela.   Kunu afu li Ġeħova jittrattah b’mod speċjali lil dak li hu leali lejh;+Ġeħova jismaʼ meta nsejjaħlu.+   Jekk tibdew tħossukom aġitati, tidinbux.+Tkellmu f’qalbkom, fis-​sodda tagħkom,+ u ibqgħu siekta. Sela.   Offru s-​sagrifiċċji tas-​sewwa,+U afdaw f’Ġeħova.+   Hemm ħafna li qed jgħidu: “Min se jurina affarijiet tajbin?”Itfaʼ d-​dawl taʼ wiċċek fuqna,+ O Ġeħova.   Int tferraħli qalbi+Iktar milli ferħu huma meta kellhom ħafna qmuħ u nbid ġdid.+   Nimtedd u norqod fil-​paċi,+Għax int waħdek, O Ġeħova, tħallini ngħammar fis-​sigurtà.+

Noti taʼ taħt