Salmi 39:1-13

Lid-​direttur taʼ Ġedutun.*+ Melodija taʼ David. 39  Jien għedt: “Se ngħasses triqati+Biex ma nidnibx bi lsieni.+Se nagħmel sarima biex ngħasses fommi,+Sakemm ikun hemm quddiemi xi ħadd mill-​agħar.”+   Jien tbikkimt u qgħadt sieket;+Bqajt kwiet dwar dak li hu tajjeb ukoll,+U rażżant l-​uġigħ tiegħi.   Qalbi saħnet ġewwa fija;+Matul it-​tnehid tiegħi n-​nar baqaʼ jaqbad.Għedt bi lsieni:   “O Ġeħova, għarrafni tmiemi,+X’inhu t-​tul taʼ jiemi,+Biex inkun naf kemm hi qasira ħajti.+   Ara! Jiemi int għamilthom ftit biss;+U quddiemek it-​tul taʼ ħajti qisu m’hu xejn.+Żgur li kull bniedem taʼ l-​art, għalkemm hu wieqaf fis-​sod, m’hu xejn ħlief nifs.+ Sela.   Tassew li l-​bniedem jimxi ’l hemm u ’l hawn bħal dell.+Tassew li n-​nies jagħmlu storbju għalxejn.+Wieħed igeddes l-​affarijiet u ma jafx min se jiġborhom.+   U issa għalxiex ittamajt jien, O Ġeħova?Lilek qed nistenna.+   Eħlisni min-​nuqqasijiet kollha tiegħi.+Tħallinix niġi mżeblaħ mill-​bniedem bla sens.+   Bqajt imbikkem;+ ma stajtx niftaħ fommi,+Għax int aġixxejt.+ 10  Warrab minn fuqi l-​kastig tiegħek.+Minħabba li idek hi kontrija jien intemmejt.+ 11  Int ikkoreġejt lill-​bniedem billi widdibtu għall-​iżball tiegħu,+U tikollu l-​affarijiet mixtiqin bħalma tagħmel il-​kamla.+Tassew li kull bniedem taʼ l-​art hu nifs.+ Sela. 12  Ismaʼ talbi, O Ġeħova,U agħti widen għall-​għajta tiegħi għall-​għajnuna.+Tibqax sieket għad-​dmugħ tiegħi.+Għax ma jien xejn ħlief resident barrani miegħek,+Immigrant bħal missirijieti kollha.+ 13  Tħarisx lejja fir-​rabja tiegħek, biex inkun nistaʼ nifraħ mill-​ġdid+Qabel ma nitlaq u ma nkunx iktar.”+

Noti taʼ taħt

Terminu Ebrajk mhux spjegat.