Salmi 38:1-22

Melodija taʼ David, bħala tfakkira. 38  O Ġeħova, twiddibnix f’għadbek,+U tikkoreġinix fil-​korla tiegħek.+   Għax il-​vleġeġ tiegħek daħlu fil-​fond ġewwa fija,+U idek qed tagħfas fuqi.+   M’hemmx parti waħda f’saħħitha f’ġismi minħabba l-​kundanna tiegħek.+M’hemmx paċi f’għadmi minħabba d-​dnub tiegħi.+   Għax l-​iżbalji tiegħi għolew ’il fuq minn rasi;+Bħal tagħbija tqila huma tqal wisq għalija.+   Il-feriti tiegħi nitnu, iddennew,Minħabba l-​bluha tiegħi.+   Inħossni konfuż, in-​niket tiegħi ġegħelni nitbaxxa sa l-​art;+Il-​jum kollu nippassiġġa mdejjaq.+   Għax għandi ħafna ħruq fuq ġenbejja,U m’hemmx parti waħda f’saħħitha f’ġismi.+   Inħoss ġismi mtarrax u mfarrak għall-​aħħar;Għajjatt minħabba l-​krib taʼ qalbi.+   O Ġeħova, ix-​xewqa kollha tiegħi qiegħda quddiemek,U t-​tnehid tiegħi m’huwiex moħbi minnek.+ 10  Qalbi ħabbtet ħafna, il-​qawwa tiegħi telqitni,U anki d-​dawl t’għajnejja naqasni.+ 11  Sħabi u dawk li kienu jħobbuni jitbiegħdu mill-​feriti tiegħi,+U dawk li jafuni sew joqogħdu ’l bogħod minni.+ 12  Imma dawk li qed jipprovaw jiħduli ħajti jifirxuli n-​nases,+U dawk li qed jipprovaw jagħmluli d-​deni tkellmu kontrija;+Il-​jum kollu jlissnu l-​qerq minn taħt l-​ilsien.+ 13  Bħal xi ħadd trux, jien ma smajtx;+U bħal xi ħadd imbikkem, jien ma ftaħtx ħalqi.+ 14  Sirt bħal raġel li ma kienx qed jismaʼ,U fommi ma kellux tweġiba għall-​argumenti tagħhom. 15  Għax lilek, O Ġeħova, stennejt;+Int wiġibt, O Ġeħova Alla tiegħi.+ 16  Għax jien għedt: “Inkella huma jifirħu minħabba fija;+Meta sieqi ma timxix fis-​sod,+ huma jitkabbru ħafna kontrija.”+ 17  Għax kont għoddni bdejt inzappap,+U l-​uġigħ tiegħi kien quddiemi l-​ħin kollu.+ 18  Għax tkellimt dwar l-​iżball tiegħi;+Bdejt inħossni ansjuż minħabba dnubi.+ 19  U l-​għedewwa tiegħi saru b’saħħithom u setgħanin,+U kotru dawk li jobogħduni għalxejn.+ 20  U għat-​tajjeb iħallsuni bil-​ħażin;+Baqgħu jopponuni talli ġrejt wara dak li hu tajjeb.+ 21  Titlaqnix, O Ġeħova.O Alla tiegħi, iżżommx ’il bogħod minni.+ 22  Fittex għinni,+O Ġeħova, int is-​salvazzjoni tiegħi.+

Noti taʼ taħt