Salmi 37:1-40

Taʼ David. א [Alef] 37  Titbaqbaqx minħabba dawk li jagħmlu l-​ħażen.+Tgħirx għal dawk li jagħmlu l-​inġustizzja.+   Għax bħall-​ħaxix jidbielu bil-​ħeffa,+U bħall-​ħaxix ġdid u aħdar se jinxfu.+ ב [Bet]   Afda f’Ġeħova u agħmel it-​tajjeb;+Għammar fl-​art, u aġixxi bil-​fedeltà.+   Barra minn hekk, tgħaxxaq b’Ġeħova bil-​kbir,+U hu jagħtik dak li tixtieq qalbek.+ ג [Gimel]   Erħi triqtek f’idejn Ġeħova,+Strieħ fuqu,+ u hu jaġixxi.+   Hu se joħroġ is-​sewwa tiegħek bħad-​dawl,+U l-​ġustizzja tiegħek bħal nofsinhar.+ ד [Dalet]   Ibqaʼ sieket quddiem Ġeħova+U stennieh bil-​ħerqa.+Titbaqbaqx għal xi ħadd li jirnexxi fi triqtu,+Għall-​bniedem li qed iwettaq l-​ideat tiegħu.+ ה [Ħe]   Itlaq ir-​rabja u ħalli d-​dagħdigħa;+Titbaqbaqx, u b’hekk tagħmel il-​ħażen.+   Għax dawk li jagħmlu l-​ħażen se jitqaċċtu ’l barra,+Imma dawk li jittamaw f’Ġeħova se jirtu l-​art.+ ו [Waw] 10  Ftit ieħor biss, u l-​ħażin ma jkunx iktar;+U int tħares bir-​reqqa fejn kien, u ma jkunx hemm.+ 11  Imma l-​ġwejdin se jirtu l-​art,+U bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.+ ז [Żajin] 12  Il-ħażin qed jikkonfoffa kontra l-​ġust,+U qed jgħażżaż snienu għalih.+ 13  Imma Ġeħova nnifsu jidħaq bih,+U jara li jasal il-​jum tiegħu.+ ח [Ħet] 14  Il-ħżiena siltu s-​sejf u lwew il-​qaws tagħhom,+Biex iwaqqgħu lill-​magħkus u lill-​fqir,+Biex ibiċċru lil dawk li huma retti fi triqithom.+ 15  Sejfhom jidħol f’qalbhom stess,+U l-​qaws tagħhom jitkisser.+ ט [Tet] 16  Aħjar il-​ftit tal-​ġust+Mill-​abbundanza tal-​ħżiena li huma kotrana.+ 17  Għax dirgħajn il-​ħżiena se jiġu miksurin,+Imma Ġeħova jwieżen lill-​ġusti.+ י [Jod] 18  Ġeħova attent għal dawk li ħajjithom hi bla nuqqas,+U wirthom se jibqaʼ għal dejjem.+ 19  M’humiex se jistħu fi żmien il-​gwaj,+U fi żmien il-​ġuħ se jkunu mxebbgħin.+ כ [Kaf] 20  Għax il-​ħżiena se jgħibu,+U l-​għedewwa taʼ Ġeħova se jkunu bħall-​aħjar partijiet tal-​mergħat;Iridu jiġu fi tmiemhom.+ Se jispiċċaw duħħan.+ ל [Lamed] 21  Il-ħażin jissellef u ma jħallasx lura,+Imma l-​ġust juri ħniena u jagħti għotjiet.+ 22  Għax dawk li jitbierku minnu se jirtu l-​art,+Imma dawk li fuqhom ilissen is-​saħta se jitqaċċtu ’l barra.+ מ [Mem] 23  Ġeħova jissoda l-​passi taʼ raġel b’saħħtu,+U Hu jitgħaxxaq bi triqtu.+ 24  Għalkemm forsi jaqaʼ, ma jispiċċax mixħut maʼ l-​art,+Għax Ġeħova qed iżommlu idu.+ נ [Nun] 25  Kont żagħżugħ, u issa xjaħt,+U madankollu qatt ma rajt lil xi ħadd ġust abbandunat għalkollox,+Lanqas lil uliedu jfittxu l-​ħobż.+ 26  Il-jum kollu juri ħniena u jislef,+U għalhekk hemm barka tistenna lil uliedu.+ ס [Samek] 27  Tbiegħed mill-​ħażen u agħmel it-​tajjeb+Biex tibqaʼ tgħammar għal dejjem.+ 28  Għax Ġeħova jħobb il-​ġustizzja,+U lil-​leali tiegħu ma jitlaqhomx.+ ע [Għajn]Għal dejjem se jkunu mħarsin;+Imma wlied il-​ħżiena jitqaċċtu ’l barra.+ 29  Il-ġusti se jirtu l-​art,+U jgħammru fiha għal dejjem.+ פ [Pe] 30  Fomm il-​ġust ilissen l-​għerf minn taħt l-​ilsien,+U lsienu jitkellem b’mod xieraq.+ 31  Il-liġi t’Alla tiegħu qiegħda f’qalbu;+Saqajh m’humiex se jċedu.+ צ [Sade] 32  Il-ħażin qiegħed għassa għall-​ġust+U qed jipprova joqtlu.+ 33  Imma Ġeħova ma jitilqux f’idejh,+U ma jqisux ħati meta jkun qed jiġi ġudikat.+ ק [Kof] 34  Ittama f’Ġeħova u żomm triqtu,+U hu jeżaltak biex tieħu l-​art.+Meta l-​ħżiena jitqaċċtu, int se tarah dan.+ ר [Rex] 35  Jien rajt lill-​ħażin jimxi b’tirannija+U jinfirex bħal siġra tħaddar li qatt ma nqalgħet mill-​ħamrija tagħha.+ 36  U madankollu hu għadda, u ma baqax hemm;+U jien bqajt infittxu, u ma sibtux.+ ש [Xin] 37  Osserva lil dak li hu bla ħtija u żomm lir-​rett quddiem għajnejk,+Għax il-​futur taʼ dak il-​bniedem se jkun mimli paċi.+ 38  Imma dawk li jiksru l-​liġi se jinqerdu lkoll;+Il-​futur tan-​nies mill-​agħar se jispiċċa.+ ת [Taw] 39  Is-salvazzjoni tal-​ġusti tiġi minn Ġeħova;+Hu l-​fortizza tagħhom fi żmien taʼ niket.+ 40  U Ġeħova se jgħinhom u jħarrabhom.+Iħarrabhom mill-​ħżiena u jsalvahom,+Għax huma stkennew fih.+

Noti taʼ taħt