Salmi 35:1-28

Taʼ David. 35  Ħu f’idejk il-​kawża tiegħi, O Ġeħova, kontra l-​avversarji tiegħi;+Iggwerra kontra dawk li qed jagħmluli gwerra.+   Aqbad it-​tarka ż-​żgħira u l-​kbira,+U qum biex tgħinni.+   Oħroġ il-​lanza u l-​mannara* tal-​gwerra biex tiġi għal dawk li qed jiġru warajja.+Għidli: “Jien is-​salvazzjoni tiegħek.”+   Jalla jistħu u jkunu umiljati dawk li qed jonsbu għal ruħi.+Jalla jintbagħtu lura u jiġu avviliti dawk li qed ifasslu gwaj kontrija.+   Ħa jsiru bħal karfa fir-​riħ,+U jkeċċihom l-​anġlu taʼ Ġeħova.+   Ħa ssir triqithom dlam u żliq,+U jiġri warajhom l-​anġlu taʼ Ġeħova.   Għax għalxejn b’xejn ħbewli ħofra mgħottija b’xibka;+Ħaffruha għal ruħi għalxejn b’xejn.+   Ħa tiġi fuqhom ir-​rovina mingħajr ma jkunu jafu,+U taqbadhom ix-​xibka li ħbew huma stess;+Ħa tiġi fuqhom ir-​rovina u jaqgħu fiha.+   Imma ħa tifraħ ruħi b’Ġeħova;+Ħa tithenna bis-​salvazzjoni tiegħu.+ 10  Għadmi kollu ħa jgħid:+“O Ġeħova, min hemm bħalek,+Li teħles lill-​magħkus minn wieħed iktar b’saħħtu minnu,+U teħles lill-​magħkus u l-​fqir minn dak li qed jisirqu?”+ 11  Iqumu xhieda vjolenti;+Jistaqsuni dak li ma nafx.+ 12  Għat-tajjeb iħallsuni bil-​ħażin,+U b’hekk ruħi ġġarrab telfa.+ 13  Min-naħa tiegħi, meta mardu, ilbist ilbies taʼ l-​ixkora,+Bis-​sawm għakkist lil ruħi,+U talbi kien jerġaʼ lura fi ħdani.+ 14  Għal sieħbi, għal ħija,+Jien imxejt bħal wieħed imnikket għal ommu.+B’qalbi sewda, jien tbaxxejt maʼ l-​art. 15  Imma meta bdejt inzappap ferħu u nġabru flimkien;+Inġabru kontrija,+Ħabtu għalija qabel intbaħt;+Tertquni u ma qagħdux siekta.+ 16  Fost l-​apostati li jżebilħu għal ħobża+Għażżew snienhom kontrija.+ 17  O Ġeħova, kemm se ddum tarah dan?+Eħlisli ruħi mit-​tħarbit tagħhom,+L-​unika waħda+ li għandi mill-​iljuni b’saħħithom. 18  Jien se nfaħħrek fil-​kongregazzjoni l-​kbira;+Fost poplu kbir se nagħtik tifħir.+ 19  Jalla ma jifirħux minħabba fija dawk li huma l-​għedewwa tiegħi mingħajr ebda raġuni;+U dawk li jobogħduni għalxejn, ħa ma jegħmżux b’għajnejhom lil xulxin.+ 20  Għax ma jitkellmux kliem taʼ paċi.+Imma kontra l-​kwieti taʼ l-​artJoqogħdu jfasslu affarijiet qarriqin.+ 21  U jiftħu ħalqhom beraħ kontrija.+Qalu: “Ħaħ! Ħaħ! Qed narawh b’għajnejna.”+ 22  Int rajt, O Ġeħova.+ Tibqax sieket.+O Ġeħova, toqgħodx ’il bogħod minni.+ 23  Qum u stenbaħ għall-​ġudizzju tiegħi,+O Alla tiegħi, iva, Ġeħova, għall-​kawża legali tiegħi.+ 24  Iġġudikani skond is-​sewwa tiegħek, O Ġeħova Alla tiegħi,+U jalla ma jifirħux minħabba fija.+ 25  Jalla ma jgħidux f’qalbhom: “Ħaħ! Hekk ridna!”+Jalla ma jgħidux: “Blajnieh.”+ 26  Ħa jistħu u jħossuhom avviliti lkoll flimkien+Dawk li jifirħu bil-​gwaj tiegħi.+Ħa jilbsu l-​mistħija+ u l-​umiljazzjoni dawk li qed jitkabbru ħafna kontrija.+ 27  Ħa jgħajtu bil-​ferħ u jithennew dawk li qed jitgħaxxqu bis-​sewwa tiegħi,+U jgħidu l-​ħin kollu:+“Ħa jiġi mfaħħar bil-​kbir Ġeħova, li jitgħaxxaq bil-​paċi tal-​qaddej tiegħu.”+ 28  U ħa jgħid ilsieni s-​sewwa tiegħek minn taħt l-​ilsien,+U t-​tifħir tiegħek il-​jum kollu.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “mannara doppja.”