Salmi 34:1-22

Taʼ David, meta għamilha taʼ bir-​ruħu li tilef moħħu+ quddiem Abimelek, u dan keċċieh u hu telaq. א [Alef] 34  Jien se nbierek lil Ġeħova dejjem;+Fommi se jfaħħru l-​ħin kollu.+ ב [Bet]   Ruħi se tiftaħar b’Ġeħova;+Il-​ġwejdin se jisimgħu u jifirħu.+ ג [Gimel]   Faħħru bil-​kbir lil Ġeħova miegħi,+U ejjew ngħollu ismu flimkien.+ ד [Dalet]   Jien staqsejt lil Ġeħova, u hu wiġibni,+U mill-​biżaʼ kollu tiegħi ħelisni.+ ה [Ħe]   Xegħel wiċċ dawk li ttamaw fih,+U xejn ma setaʼ jġegħelhom jistħu.+ ז [Żajin]   Dan il-​magħkus sejjaħ, u Ġeħova semaʼ.+U min-​niket kollu tiegħu Hu salvah.+ ח [Ħet]   L-anġlu taʼ Ġeħova qed jikkampja madwar dawk li jibżgħu minnu,+U hu jeħlishom.+ ט [Tet]   Duqu u araw li Ġeħova hu tajjeb;+Hieni r-​raġel b’saħħtu li jistkenn fih.+ י [Jod]   Ibżgħu minn Ġeħova, intom il-​qaddisin tiegħu,+Għax dawk li jibżgħu minnu ma jkun jonqoshom xejn.+ כ [Kaf] 10  L-iljuni b’saħħithom kellhom ftit u sfaw bil-​ġuħ;+Imma dawk li jfittxu lil Ġeħova ma jonqoshom xejn li hu tajjeb.+ ל [Lamed] 11  Ejjew, uliedi, isimgħuni;+Il-​biżaʼ taʼ Ġeħova se ngħallimkom.+ מ [Mem] 12  Min hu l-​bniedem li qed jitgħaxxaq bil-​ħajja,+Li jixtieq jara ħafna jiem tajbin?+ נ [Nun] 13  Ħares ilsienek mill-​ħażen,+U xofftejk milli jitkellmu l-​qerq.+ ס [Samek] 14  Tbiegħed mill-​ħażen, u agħmel it-​tajjeb;+Fittex il-​paċi, u iġri warajha.+ ע [Għajn] 15  Għajnejn Ġeħova huma fuq in-​nies sewwa,+U widnejh miftuħin għall-​għajta tagħhom għall-​għajnuna.+ פ [Pe] 16  Ġeħova jdawwar wiċċu lil hinn minn dawk li qed jagħmlu l-​ħażen,+Biex ma jissemmewx iktar fuq l-​art.+ צ [Sade] 17  Il-ġusti għajtu, u Ġeħova semaʼ,+U min-​niket kollu tagħhom ħelishom.+ ק [Kof] 18  Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma;+U lil dawk bi spirtu miksur isalvahom.+ ר [Rex] 19  Bosta huma l-​gwajijiet tal-​ġust,+Imma Ġeħova jeħilsu minnhom kollha.+ ש [Xin] 20  Hu qed jgħasses l-​għadam kollu taʼ dak il-​wieħed;Lanqas waħda minnhom ma ġiet miksura.+ ת [Taw] 21  Il-gwaj se joqtol lill-​bniedem mill-​agħar;+U dawk li jobogħdu lill-​ġust se jinstabu ħatjin.+ 22  Ġeħova qed jifdi ruħ il-​qaddejja tiegħu;+U ħadd minn dawk li jistkennu fih ma se jinstab ħati.+

Noti taʼ taħt