Salmi 33:1-22

33  Għajtu bil-​ferħ, O intom il-​ġusti, minħabba Ġeħova.+Jixraq li r-​retti jagħtu tifħir.+   Roddu ħajr lil Ġeħova bl-​arpa;+Fuq strument b’għaxar kordi+ għannulu.   Kantawlu għanja ġdida;+Doqqu l-​istrumenti tal-​korda bl-​aħjar mod li tistgħu u għajtu bil-​ferħ.+   Għax il-​kelma taʼ Ġeħova hi retta,+U kulma jagħmel jagħmlu bil-​fedeltà.+   Hu jħobb is-​sewwa u l-​ġustizzja.+Bil-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ Ġeħova mimlija l-​art.+   Bil-kelma taʼ Ġeħova ntgħamlu s-​smewwiet,+U bl-​ispirtu taʼ fommu l-​armata kollha tagħhom.+   Hu jagħlaq l-​ilmijiet tal-​baħar bħallikieku b’ħitan,+Iqiegħed fi mħażen l-​ilmijiet għoljin.   Ħa jibżgħu minn Ġeħova n-​nies kollha taʼ l-​art.+Ħa jkunu mbeżżgħin minnu l-​abitanti kollha taʼ l-​art.+   Għax hu nnifsu tkellem, u dan seħħ;+Hu kkmanda, u dan sar.+ 10  Ġeħova ġab fix-​xejn l-​intenzjoni tal-​ġnus;+Tellef il-​ħsibijiet tal-​popli.+ 11  L-iskop taʼ Ġeħova se jibqaʼ għal dejjem;+Il-​ħsibijiet taʼ qalbu ma jinbidlux minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+ 12  Hieni l-​ġens li Alla tiegħu hu Ġeħova,+Il-​poplu li għażel bħala wirtu.+ 13  Ġeħova ħares mis-​smewwiet+U ra lil ulied il-​bnedmin kollha.+ 14  Mill-post stabbilit fejn jgħammar+Ħares fiss lejn dawk kollha li jgħammru fuq l-​art. 15  Qed jifformalhom qalbhom ilkoll;+Qed jikkunsidra l-​għemejjel kollha tagħhom.+ 16  L-ebda sultan ma jsalva b’ħafna qawwiet militari;+Bniedem setgħan ma jinħelisx b’qawwa kbira.+ 17  Iż-żiemel ma jiswiex għas-​salvazzjoni,+U bl-​enerġija kbira li għandu ma jgħinx għall-​ħarba.+ 18  Ara! Għajnejn Ġeħova huma fuq dawk li jibżgħu minnu,+Fuq dawk li jistennew il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu,+ 19  Biex jeħilsilhom ruħhom mill-​mewt,+U biex iżommhom ħajjin fi żmien il-​ġuħ.+ 20  Ruħna tistenna lil Ġeħova.+Hu l-​għajnuna u t-​tarka tagħna.+ 21  Bih qalbna tifraħ;+Għax fl-​isem qaddis tiegħu fdajna.+ 22  Ħa tkun fuqna l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+ O Ġeħova,Ladarba lilek bqajna nistennew.+

Noti taʼ taħt