Salmi 32:1-11

Taʼ David. Maskil.* 32  Hieni hu dak li l-​irvell tiegħu nħafirlu, li dnubu ġie mgħotti.+   Hieni l-​bniedem li Ġeħova ma jżommx kont taʼ l-​iżball tiegħu,+U li m’għandux spirtu taʼ qerq.+   Meta bqajt sieket, għadmi ttiekel minħabba l-​krib tiegħi l-​jum kollu.+   Għax lejl u nhar idek kienet tqila fuqi.+Saħħti nixfet bħall-​ilma fin-​nixfa tas-​sħana tas-​sajf.+ Sela.   Sa fl-​aħħar, dnubi stqarrejtu miegħek, u l-​iżball tiegħi ma bqajtx ngħattih.+Jien għedt: “Se nistqarr nuqqasijieti lil Ġeħova.”+U int ħfirt l-​iżball taʼ dnubieti.+ Sela.   Minħabba f’hekk, kulmin hu leali se jitolbok+Waqt li tistaʼ tinstab.+U l-​għargħar taʼ ħafna ilmijiet ma jmissux.+   Int il-​post fejn ninħeba; int tħarisni min-​niket.+Iddawwarni b’għajat mimli ferħ għax teħlisni.+ Sela.   “Se nagħtik id-​dehen u nistruwik dwar it-​triq li għandek taqbad.+Se nagħtik pariri u nżomm għajnejja fuqek.+   Tkunux bħal żiemel jew bagħal li ma jifhimx,+Li l-​enerġija tiegħu trid titrażżan bi lġiem jew kappestru+Qabel jiġi ħdejk.”+ 10  Bosta huma l-​weġgħat tal-​bniedem mill-​agħar;+Imma min jafda f’Ġeħova hu mdawwar bil-​qalb tajba bl-​imħabba.+ 11  Thennew b’Ġeħova u ifirħu, intom il-​ġusti;+U għajtu bil-​ferħ, intom ilkoll li retti f’qalbkom.+

Noti taʼ taħt

Dan it-​terminu Ebrajk x’aktarx ifisser “poeżija taʼ kontemplazzjoni.”