Salmi 31:1-24

Lid-​direttur. Melodija taʼ David. 31  Fik, O Ġeħova, stkennejt.+Jalla qatt ma jkolli għalxiex nistħi.+Bis-​sewwa tiegħek ħarrabni.+   Mejjel widintek lejja.+Eħlisni malajr.+Sir għalija fortizza tal-​blat,+Dar fortifikata biex issalvani.+   Għax int il-​blat għoli u l-​fortizza tiegħi;+U minħabba ismek+ se tmexxini u tiggwidani.+   Se toħroġni mix-​xibka li ħbew għalija,+Għax int il-​fortizza tiegħi.+   F’idek nafda l-​ispirtu tiegħi.+Int fdejtni+ O Ġeħova, l-​Alla tal-​verità.+   Jien nobgħodhom lil dawk li jagħtu kas l-​idoli fiergħa u bla siwi;+Imma ngħid għalija, jien nafda f’Ġeħova.+   Se nifraħ u nithenna bil-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+Għax int rajt is-​sofferenza tiegħi;+Kont taf bin-​niket taʼ ruħi,+   U ma rħejtnix f’idejn l-​għadu.+Int qegħedtli saqajja f’post spazjuż.+   Ħenn għalija, O Ġeħova, għax ninsab f’sitwazzjoni mwiegħra.+Bid-​dwejjaq għajnejja ddgħajfu,+ ruħi u l-​ġewwieni tiegħi wkoll.+ 10  Għax bis-​swied taʼ qalb ħajti ntemmet,+U s-​snin tiegħi bit-​tnehid.+Minħabba l-​iżball tiegħi l-​qawwa tiegħi qed tbatti,+U għadmi ddgħajjef.+ 11  Mill-ħarsa taʼ l-​għedewwa+ kollha tiegħi sirt xi ħaġa taʼ tmaqdir,+L-​iktar għall-​ġirien tiegħi.+Dawk li jafuni jibżgħu minni.+Meta rawni barra ħarbu minni.+ 12  Jien intesejt, bħal xi ħadd mejjet li m’għadux f’qalb l-​oħrajn;+Sirt bħal reċipjent maqsum;+ 13  Għax jien smajt it-​tpaċpiċ taʼ ħsara mingħand ħafna,+U hemm twerwir fuq kull naħa.+Meta jinġemgħu flimkien ħaġa waħda kontrija,+Ifasslu kif se jiħduli ħajti.+ 14  Imma jien—jien fik poġġejt il-​fiduċja tiegħi, O Ġeħova.+Għedt: “Int Alla tiegħi.”+ 15  Jiemi f’idejk.+Eħlisni minn id l-​għedewwa tiegħi u minn dawk li jiġru warajja.+ 16  Ħalli lil wiċċek jiddi fuq il-​qaddej tiegħek.+Salvani bil-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+ 17  O Ġeħova, jalla ma jkollix għalxiex nistħi, għax jien lilek sejjaħt.+Jalla jistħu dawk mill-​agħar;+Jalla jibqgħu siekta fil-​Qabar.*+ 18  Jalla jitbikkmu x-​xofftejn foloz,+Li qed jitkellmu bla rażan, b’suppervja, u b’disprezz kontra l-​ġust.+ 19  Kemm hi abbundanti tjubitek,+ li int erfajt għal dawk li jibżgħu minnek!+Li tajt lil dawk li jistkennu fik,Quddiem ulied il-​bnedmin.+ 20  Int se tostorhom fil-​post sigriet tal-​preżenza tiegħek+Minn dawk li jinġabru flimkien.+Se taħbihom fl-​għarix tiegħek mit-​tilwim taʼ l-​ilsna.+ 21  Ikun imbierek Ġeħova,+Għax hu wrieni qalb tajba bl-​imħabba meraviljuża+ f’belt assedjata.+ 22  Min-naħa tiegħi, meta ħakimni l-​paniku għedt:+“Se ngħib minn quddiem għajnejk.”+Żgur li smajt leħni meta b’talb bil-​ħrara għajjattlek għall-​għajnuna.+ 23  O ħobbu lil Ġeħova, intom il-​leali kollha tiegħu.+Lil dawk li juru fedeltà Ġeħova jħarishom,+Imma jħallas bil-​kbir lil kulmin juri suppervja.+ 24  Kunu kuraġġużi, u qawwu qalbkom,+Intom ilkoll li qed tistennew lil Ġeħova.+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.”