Salmi 30:1-12

Melodija. Għanja taʼ l-​inawgurazzjoni tad-​dar.+ Taʼ David. 30  Jien se neżaltak, O Ġeħova, għax int erfajtni+U ma ħallejtx lill-​għedewwa tiegħi jifirħu minħabba fija.+   O Ġeħova Alla tiegħi, jien għajjatlek għall-​għajnuna, u int fejjaqtni.+   O Ġeħova, int tellajtli ruħi mill-​Qabar;*+Żammejtni ħaj, biex ma ninżilx fil-​ħofra.+   Għannu lil Ġeħova, O intom il-​leali tiegħu,+Roddu ħajr lit-​tifkira qaddisa tiegħu;+   Għax ir-​rabja tiegħu hi għal mument,+Imma l-​approvazzjoni tiegħu għal għomor sħiħ.+Fil-​għaxija għandu mnejn ikun hemm il-​biki,+ imma fil-​għodu għajta taʼ ferħ.+   Min-naħa tiegħi, jien għedt meta kelli moħħi mistrieħ:+“Qatt ma se nitħarrek.”+   O Ġeħova, peress li tapprovani int waqqaft il-​muntanja tiegħi fis-​saħħa.+Int ħbejt wiċċek; jien tħawwadt.+   Lilek, O Ġeħova, bqajt insejjaħ;+U lil Ġeħova bqajt nitolbu bil-​ħrara biex iħenn għalija.+   Xi qligħ hemm f’demmi meta ninżel fil-​ħofra?+Jaqaw it-​trab se jfaħħrek?+ Se jitkellem dwar il-​verità tiegħek?+ 10  Ismaʼ, O Ġeħova, u ħenn għalija.+O Ġeħova, kun l-​għajnuna tiegħi.+ 11  Int biddiltli n-​niket tiegħi fi żfin;+Int neħħejtli l-​ilbies taʼ l-​ixkora, u żżommni mħażżem bil-​ferħ,+ 12  Sabiex kulma hu glorjuż fija jkun jistaʼ jgħannilek u ma jibqax sieket.+O Ġeħova Alla tiegħi se nfaħħrek għal dejjem.+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.”