Salmi 3:1-8

Melodija taʼ David meta kien qed jaħrab minħabba Absalom, ibnu.+ 3  O Ġeħova, għalfejn kotru daqshekk l-​avversarji tiegħi?+Għala hemm ħafna li qed iqumu kontrija?+   Bosta qed jgħidu dwari:“M’hemmx salvazzjoni għalih minn Alla.”+ Sela.*   U madankollu, O Ġeħova, int tarka madwari,+Int il-​glorja tiegħi+ u Dak li tgħollili rasi.+   B’leħen għoli nsejjaħ lil Ġeħova,U hu jwiġibni mill-​muntanja qaddisa tiegħu.+ Sela.   Jien immur nimtedd biex norqod;U nqum, għax Ġeħova jibqaʼ jwiżinni.+   Ma nibżax minn għaxriet t’eluf taʼ niesLi jinġemgħu kontrija minn kull naħa.+   Qum,+ O Ġeħova! Salvani,+ O Alla tiegħi!+Idrob lill-​għedewwa kollha tiegħi fuq ix-​xedaq.+Kisser snien il-​ħżiena.+   Is-salvazzjoni hi taʼ Ġeħova.+Il-​barka tiegħek qiegħda fuq il-​poplu tiegħek.+ Sela.

Noti taʼ taħt

Terminu tekniku Ebrajk użat fil-​mużika jew fil-​qari. It-​tifsira mhix ċerta.