Salmi 27:1-14

Taʼ David. 27  Ġeħova hu d-​dawl tiegħi+ u s-​salvazzjoni tiegħi.+Minn min se nibżaʼ?+Ġeħova hu l-​fortizza taʼ ħajti.+Minn min se nitkexkex?+   Meta dawk li jagħmlu l-​ħażen resqu kontrija biex jikluli laħmi,+Billi kienu l-​avversarji u l-​għedewwa tiegħi,+Huma tfixklu u waqgħu.+   Għalkemm armata tistaʼ tikkampja kontrija,+Qalbi ma tibżax.+Anki jekk tqum gwerra kontrija,+Xorta se nafda fih.+   Ħaġa waħda tlabt mingħand Ġeħova+Lilha se nfittex,+Li ngħammar fid-​dar taʼ Ġeħova l-​jiem kollha taʼ ħajti,+Biex nara s-​sbuħija taʼ Ġeħova+U biex inħares b’apprezzament lejn it-​tempju tiegħu.+   Għax hu se jaħbini fil-​moħba tiegħu f’jum il-​gwaj;+Se jostorni fil-​post sigriet tat-​tinda tiegħu;+Fl-​għoli fuq blata se jqegħedni.+   U issa rasi se tintrefaʼ fuq l-​għedewwa kollha tiegħi li hemm madwari;+U fit-​tinda tiegħu se nissagrifika sagrifiċċji t’għajat mimli ferħ;+Se nkanta u ngħanni lil Ġeħova.+   Ismaʼ leħni, O Ġeħova, meta nsejjaħlek,+Ħenn għalija u wiġibni.+   Qalbi qalet, “Int ikkmandajtna: ‘Fittxu lil wiċċi.’”+Lil wiċċek, O Ġeħova, se nfittex.+   Taħbix wiċċek minni.+Fir-​rabja twarrabx lill-​qaddej tiegħek.+Kun l-​għajnuna tiegħi.+Tabbandunanix u titlaqnix, O Alla tas-​salvazzjoni tiegħi.+ 10  Kieku missieri u ommi stess jitilquni,+Ġeħova jilqagħni għandu.+ 11  Istruwini, O Ġeħova, dwar triqtek,+U mexxini fil-​mogħdija retta minħabba l-​għedewwa tiegħi. 12  Titlaqnix għax-​xewqa taʼ l-​avversarji tiegħi;+Għax qamu kontrija xhieda foloz,+U min ifajjar kliem vjolenti.+ 13  Kieku ma kellix fidi li nara t-​tjubija taʼ Ġeħova fl-​art tal-​ħajjin+—! 14  Ittama f’Ġeħova;+ kun kuraġġuż u qawwi qalbek.+Iva, ittama f’Ġeħova.+

Noti taʼ taħt