Salmi 25:1-22

Taʼ David. א [Alef] 25  Lilek, O Ġeħova, nitlob u noffri ruħi.+ ב [Bet]   O Alla tiegħi, fik poġġejt il-​fiduċja tiegħi;+Jalla ma jkollix għalxiex nistħi.Jalla l-​għedewwa tiegħi ma jifirħux minħabba fija.+ ג [Gimel]   Iva, ħadd minn dawk li jittamaw fik ma jistħi.+Se jistħu dawk li qed jaġixxu bi tradiment imma mingħajr suċċess.+ ד [Dalet]   Għarrafni triqatek, O Ġeħova;+Għallimni mogħdijietek.+ ה [Ħe]   Mexxini fil-​verità tiegħek u għallimni,+Għax int Alla tas-​salvazzjoni tiegħi.+ ו [Waw]Fik ittamajt il-​jum kollu.+ ז [Żajin]   Ftakar fil-​ħniniet tiegħek,+ O Ġeħova, u fl-​atti tiegħek taʼ qalb tajba bl-​imħabba,+Għax ilek turihom minn dejjem.*+ ח [Ħet]   Id-dnubiet taʼ żgħożiti u l-​irvellijiet tiegħi tiftakarhomx.+Ftakarni skond il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+Minħabba tjubitek, O Ġeħova.+ ט [Tet]   Tajjeb u rett hu Ġeħova.+Għalhekk lill-​midinbin jistruwihom fit-​triq it-​tajba.+ י [Jod]   Hu se jmexxi lill-​ġwejdin fid-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħu,+U se jgħallem lill-​ġwejdin dwar triqtu.+ כ [Kaf] 10  Il-mogħdijiet kollha taʼ Ġeħova huma qalb tajba bl-​imħabba u veritàGħal dawk li josservaw il-​patt+ u t-​tfakkiriet tiegħu.+ ל [Lamed] 11  Minħabba ismek, O Ġeħova,+Aħfirli wkoll l-​iżball tiegħi, għalkemm hu kbir.+ מ [Mem] 12  Issa, min hu l-​bniedem li jibżaʼ minn Ġeħova?+Hu jistruwih fit-​triq li jagħżel.+ נ [Nun] 13  Hu jgħammar fit-​tjubija,+U wliedu jieħdu l-​art.+ ס [Samek] 14  L-intimità maʼ Ġeħova hi taʼ dawk li jibżgħu minnu.+Tagħhom ukoll hu l-​patt tiegħu sabiex jgħarrafhulhom.+ ע [Għajn] 15  Għajnejja mitfugħin fuq Ġeħova l-​ħin kollu,+Għax hu joħroġli saqajja mix-​xibka.+ פ [Pe] 16  Dawwar wiċċek lejja, u ħenn għalija;+Għax jien ninsab waħdi u qed insofri.+ צ [Sade] 17  In-niket taʼ qalbi żdied bil-​bosta;+O eħlisni mill-​pressjonijiet tiegħi.+ ר [Rex] 18  Ara s-​sofferenza u l-​inkwiet tiegħi,+U aħfirli dnubieti kollha.+ 19  Ara kemm kotru l-​għedewwa tiegħi;+Huma bagħduni b’mibegħda vjolenti.+ ש [Xin] 20  Ħarisli ruħi u eħlisni.+Jalla ma jkollix għalxiex nistħi, għax stkennejt fik.+ ת [Taw] 21  Ħa jħarsuni l-​integrità u l-​onestà,+Għax jien ittamajt fik.+ 22  O Alla, ifdi lil Israel min-​niket kollu tiegħu.+

Noti taʼ taħt

Jew, “sa minn żmien indefinit.”