Salmi 24:1-10

Taʼ David. Melodija. 24  Taʼ Ġeħova l-​art u kulma fiha,+L-​art produttiva u dawk li jgħammru fiha.+   Għax fuq l-​ibħra sejjisha,+U fuq ix-​xmajjar iżommha stabbilita fis-​sod.+   Min jistaʼ jitlaʼ fuq il-​muntanja taʼ Ġeħova?+U min jistaʼ jitlaʼ fil-​post qaddis tiegħu?+   Kulmin għandu idejh innoċenti u qalbu nadifa,+Li ma qiesx lil Ruħi* bla siwi,+Lanqas ma ħalef bil-​qerq.+   Hu se jieħu l-​barka mingħand Ġeħova+U s-​sewwa mingħand Alla tas-​salvazzjoni tiegħu.+   Din hi l-​ġenerazzjoni taʼ dawk li qed ifittxuh,Taʼ dawk li qed ifittxu lil wiċċek, O Alla taʼ Ġakobb.+ Sela.   “Għollu raskom, O bibien,+U għolew ’il fuq, O daħliet minn żmien twil ilu,+Sabiex is-​Sultan glorjuż ikun jistaʼ jidħol!”+   “Mela min hu dan is-​Sultan glorjuż?”+“Ġeħova b’saħħtu u setgħan,+Ġeħova setgħan fil-​battalja.”+   “Għollu raskom, O bibien;+Iva, għolluhom ’il fuq, O daħliet minn żmien twil ilu,Sabiex is-​Sultan glorjuż ikun jistaʼ jidħol!”+ 10  “Mela min hu dan is-​Sultan glorjuż?”“Ġeħova taʼ l-​armati—hu s-​Sultan glorjuż.”+ Sela.

Noti taʼ taħt

Jew, “Ħajti,” b’referenza għal ħajjet Ġeħova li individwu jaħlef biha.