Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Salmi 22:1-31

Lid-direttur. Fuq iċ-Ċerva taż-Żerniq. Melodija taʼ David. 22  Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala tlaqtni?+ Għala qiegħed ’il bogħod milli ssalvani,+ Milli tismaʼ kliem il-krib tiegħi?+   O Alla tiegħi, bi nhar il-ħin kollu nsejjaħlek, u int ma twiġibx;+ Bil-lejl ukoll, u ma niskotx min-naħa tiegħi.+   Imma int qaddis,+ Int tgħammar qalb it-tifħir taʼ Israel.+   Fik fdaw missirijietna;+ Fdaw, u int bqajt teħlishom.+   Lilek għajtu,+ u ħarbu salvati;+ Fik fdaw, u ma kellhomx għalxiex jistħu.+   Imma jien dudu,+ mhux raġel, Għajb f’għajnejn il-bnedmin u disprezzat min-nies.+   Dawk kollha li qed jarawni jiddieħqu bija;+ Huma jibqgħu jiftħu ħalqhom beraħ, jibqgħu jxenglu rashom+ u jgħidu:   “Intreħa f’idejn Ġeħova.+ Ħa jsalvah Hu!+ Ħa jeħilsu hu, ladarba tgħaxxaq bih!”+   Għax kont int li ħriġtni miż-żaqq,+ Li nissilt fija l-fiduċja meta kont maʼ sider ommi.+ 10  F’idejk kont merħi sa mill-ġuf;+ Sa minn żaqq ommi int kont Alla tiegħi.+ 11  Iżżommx ’il bogħod minni, għax in-niket qiegħed qrib,+ Għax m’għandi lil ħadd ħliefek biex jgħinni.+ 12  Dawruni ħafna barrin żgħar;+ Il-barrin setgħanin tal-Basan daru miegħi.+ 13  Kixfu snienhom għalija,+ Bħal iljun jgħajjat li jqattaʼ biċċiet il-priża tiegħu.+ 14  Jien ġejt imsawwab bħall-ilma,+ U kull għadma li għandi nqalgħet minn maʼ l-oħra.+ Qalbi saret bħax-xamaʼ;+ Qed iddub fil-fond tal-ġewwieni tiegħi.+ 15  Saħħti nixfitli bħal biċċa fuħħar,+ U lsieni weħilli mas-saqaf taʼ ħalqi;+ Fit-trab tal-mewt qegħedtni.+ 16  Għax il-klieb dawruni;+ Il-ġemgħa taʼ dawk li jagħmlu l-ħażen rassitni.+ Qed jigdmuli idejja u saqajja+ bħal iljun. 17  Nistaʼ ngħodd għadmi kollu.+ Huma jħarsu u jiċċassaw lejja.+ 18  Iqassmu ħwejġi bejniethom,+ U l-ilbies tiegħi jtellgħuh bix-xorti.+ 19  Imma int, O Ġeħova, toqgħodx ’il bogħod.+ O saħħa tiegħi,+ fittex għinni.+ 20  Eħlisli ruħi mis-sejf,+ L-unika waħda li għandi eħlisli minn id il-kelb;+ 21  Salvani minn ħalq l-iljun;+ Wiġibni u salvani mill-qrun tal-barrin salvaġġi.+ 22  Se nxandar ismek+ lil ħuti;+ F’nofs il-kongregazzjoni se nfaħħrek.+ 23  Intom li għandkom il-biżaʼ taʼ Ġeħova, faħħruh!+ Intom ilkoll minn nisel Ġakobb, igglorifikawh!+ U ibżgħu minnu, intom ilkoll minn nisel Israel.+ 24  Għax hu la ddisprezza+ U lanqas stmerr is-sofferenza taʼ min qed isofri;+ U ma ħebiex wiċċu minnu,+ U meta dan sejjaħlu għall-għajnuna semgħu.+ 25  Għal dak li għamilt se nfaħħrek fil-kongregazzjoni l-kbira;+ Il-wegħdi tiegħi se rroddhom quddiem dawk li jibżgħu minnu.+ 26  Il-ġwejdin se jieklu u jixbgħu;+ Dawk li qed ifittxuh se jfaħħru lil Ġeħova.+ Jalla qlubkom jgħixu għal dejjem.+ 27  It-truf kollha taʼ l-art se jiftakru f’Ġeħova u jduru lejh.+ U l-familji kollha tal-ġnus se jmilu quddiemek.+ 28  Għax is-saltna hi taʼ Ġeħova,+ U hu qed jiddomina lill-ġnus.+ 29  L-għonja* kollha taʼ l-art se jieklu u jmilu;+ Quddiemu dawk kollha li neżlin fit-trab se jitbaxxew,+ U ħadd qatt ma se jżomm lil ruħu stess ħajja.+ 30  Se jkun hemm nisel li jaqdih;+ Se tintgħamel dikjarazzjoni dwar Ġeħova lill-ġenerazzjoni li jmiss.+ 31  Huma se jiġu u jgħidu dwar is-sewwa tiegħu+ Lill-poplu li għad irid jitwieled, u jgħidu li hu għamel dan.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “Il-ħoxnin.”