Salmi 21:1-13

Lid-​direttur. Melodija taʼ David. 21  O Ġeħova, is-​sultan jithenna bis-​saħħa tiegħek;+U kemm jixtieq jibqaʼ ferħan ferm bis-​salvazzjoni tiegħek!+   Ix-xewqa taʼ qalbu int qtajthielu,+U x-​xewqa taʼ xofftejh ma żammejthiex lura minnu.+ Sela.   Għax int beriktu u ppreżentajtlu affarijiet tajbin,+U poġġejt fuq rasu kuruna tad-​deheb irfinut.+   Ħajja talab mingħandek. U int tajthielu;+Għomor twil għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+   Il-glorja tiegħu kbira minħabba s-​salvazzjoni tiegħek.+Dinjità u ġmiel tqiegħed fuqu.+   Għax int tbierku bil-​bosta għal dejjem;+Int tferrħu bil-​ferħ li jagħti wiċċek.+   Għax is-​sultan qed jafda f’Ġeħova,+Fil-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ l-​Iktar Għoli. Mhux se jitħarrek.+   Idek se ssib lill-​għedewwa kollha tiegħek;+Idek il-​leminija se ssib lil dawk li jobogħduk.   Int se tagħmilhom bħal forn tan-​nar meta jasal iż-​żmien stabbilit li titfaʼ l-​attenzjoni tiegħek fuqhom.+Fir-​rabja tiegħu Ġeħova se jiblagħhom, u n-​nar se jeqridhom.+ 10  Lil frotthom se teqirdu mill-​art,+U lin-​nisel tagħhom minn fost ulied il-​bnedmin.+ 11  Għax huma mmiraw li jagħmlulek id-​deni;+Kellhom f’moħħhom ideat li m’għandhomx il-​ħila jwettqu.+ 12  Għax int se ġġegħelhom iduru lura u jaħarbu+Permezz tal-​kordi tal-​qaws tiegħek li tlesti għal wiċċhom.+ 13  O kun eżaltat bis-​saħħa tiegħek, O Ġeħova.+Aħna se nkantaw u ngħannu lis-​setgħa tiegħek.+

Noti taʼ taħt