Salmi 20:1-9

Lid-​direttur. Melodija taʼ David. 20  Jalla Ġeħova jwieġbek f’jum in-​niket.+Ħa jipproteġik+ isem l-​Alla taʼ Ġakobb.   Jalla jibgħatlek l-​għajnuna mill-​post qaddis,+U jwieżnek minn Sijon.+   Jalla jiftakar kull offerta li għamilt bħala għotja,+U jalla jaċċetta x-​xaħam taʼ l-​offerta tiegħek tal-​ħruq.+ Sela.   Ħa jagħtik skond ma tixtieq qalbek,+U jwettaq kull pjan li tagħmel.+   Aħna se ngħajtu bil-​ferħ minħabba s-​salvazzjoni tiegħek,+U f’isem Alla tagħna ngħollu l-​bnadar tagħna.+Jalla Ġeħova jwettaqlek dak kollu li titolbu.+   Issa tassew naf li Ġeħova jsalva lill-​midluk tiegħu.+Iwieġbu mis-​smewwiet qaddisin tiegħu+Bl-​atti setgħanin taʼ salvazzjoni tal-​leminija tiegħu.+   Xi wħud isemmu l-​karrijiet u oħrajn iż-​żwiemel,+Imma aħna se nsemmu isem Ġeħova Alla tagħna.+   Dawk iġġarrfu u waqgħu;+Imma aħna qomna u rġajna waqafna dritti.+   O Ġeħova, salva lis-​sultan!+Hu se jwiġibna dakinhar li nsejħulu.+

Noti taʼ taħt