Salmi 19:1-14

Lid-​direttur. Melodija taʼ David. 19  Is-smewwiet jiddikjaraw il-​glorja t’Alla;+U dwar xogħol idejh titkellem il-​firxa tas-​sema.+   Jum wara jum jitkellem,+U lejl wara lejl iwassal l-​għarfien.+   M’hemmx diskors, u m’hemmx kliem;Leħinhom ma jinstemax.+   Imma l-​ħabel tagħhom tal-​kejl infirex maʼ l-​art kollha,+U kliemhom wasal sa tarf l-​art abitata.+Fihom hu waqqaf għarix għax-​xemx,+   Li qisha għarus meta jkun ħiereġ mill-​kamra tiegħu;+Qisha raġel setgħan li jieħu pjaċir jiġri f’mogħdija.+   Toħroġ minn tarf wieħed tas-​smewwiet,U tispiċċa d-​dawra tagħha fit-​trufijiet l-​oħrajn tagħhom;+U xejn m’hu moħbi mis-​sħana tagħha.+   Il-liġi+ taʼ Ġeħova perfetta,+ u sserraħ* ir-​ruħ.+It-​tfakkira+ taʼ Ġeħova taʼ min jafdaha,+ u tagħti l-​għerf lil min hu bla esperjenza.+   L-ordnijiet+ mingħand Ġeħova retti,+ u jferrħu l-​qalb;+Il-​kmandament+ taʼ Ġeħova nadif,+ u jdawwal l-​għajnejn.+   Il-biżaʼ+ taʼ Ġeħova pur, u jibqaʼ għal dejjem.Id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ taʼ Ġeħova veri;+ huma kollha ġusti.+ 10  Huma iktar taʼ min jixtieqhom mid-​deheb, iva, minn ħafna deheb irfinut;+U iktar ħelu mill-​għasel,+ mill-​għasel li jnixxi mix-​xehda.+ 11  Il-qaddej tiegħek ġie mwissi bihom;+Min iħarishom jiġi premjat bil-​kbir.+ 12  Min jistaʼ jagħraf l-​iżbalji tiegħu?+Aħfirli għad-​dnubiet li għamilt bla ma naf.*+ 13  Żomm ukoll lura lill-​qaddej tiegħek minn atti prużuntużi;+Tħallihomx jiddominawni.+F’dak il-​każ inkun bla ħtija,*+U nkun bqajt innoċenti minn ħafna nuqqasijiet. 14  Ħa jkunu kliem fommi u l-​meditazzjoni taʼ qalbi+Pjaċevoli quddiemek, O Ġeħova, il-​Blata tiegħi+ u l-​Feddej tiegħi.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “iġġib lura.”
Letteralment, “għad-​dnubiet misturin.”
Letteralment, “komplut.”