Salmi 18:1-50

Lid-​direttur. Tal-​qaddej taʼ Ġeħova, taʼ David, li qal lil Ġeħova l-​kliem taʼ din l-​għanja dakinhar li Ġeħova ħelsu minn id l-​għedewwa kollha tiegħu u minn id Sawl.+ U qal: 18  Se nurik l-​affezzjoni tiegħi, O Ġeħova s-​saħħa tiegħi.+   Ġeħova hu l-​blat għoli u l-​fortizza tiegħi u Dak li jħarrabni.+Alla tiegħi hu l-​blata tiegħi. Fih se nistkenn,+It-​tarka tiegħi u l-​qarn* tiegħi taʼ salvazzjoni, il-​post fl-​għoli tiegħi taʼ sigurtà.+   Se nsejjaħ lil Dak li jistħoqqlu tifħir, lil Ġeħova.+U mill-​għedewwa tiegħi jsalvani.+   Il-ħbula tal-​mewt dawruni;+Dilluvju taʼ nies li m’huma tajbin għal xejn qagħdu jwerwruni.+   Il-ħbula tal-​Qabar* daru miegħi;+Ġejt wiċċ imbwiċċ man-​nases tal-​mewt.+   Fin-niket tiegħi bqajt insejjaħ lil Ġeħova,U lil Alla tiegħi bqajt ngħajjat għall-​għajnuna.+Minn ġot-​tempju tiegħu hu semaʼ leħni,+U l-​għajta għall-​għajnuna li għajjatt quddiemu issa waslet f’widnejh.+   U l-​art bdiet titħarrek u titriegħed,+U s-​sisien tal-​muntanji theżżu,+U tħarrku ’l quddiem u lura għax kien irrabjat.+   Telaʼ duħħan minn imnifsejh, u nar minn fommu baqaʼ jiblaʼ;+Il-​ġamar beda jaqbad minnu.   Hu baxxa s-​smewwiet ’l isfel u niżel.+Taħt saqajh kien hemm sħab iswed. 10  U ġie jtir riekeb fuq kerubin,+Ġie sparat fuq il-​ġwinħajn taʼ spirtu.+ 11  Imbagħad għamel id-​dlam il-​moħba tiegħu;+Imdawwar bihom bħal għarix kien hemmIlmijiet mudlama, sħab oħxon.+ 12  Fid-dija taʼ quddiemu kien għaddej is-​sħab tiegħu,+Silġ u ġamar tan-​nar.+ 13  U fis-​smewwiet Ġeħova beda jriegħed,+L-​Iktar Għoli beda jsemmaʼ leħnu,+U niżlu silġ u ġamar tan-​nar. 14  U baqaʼ jitfgħalhom il-​vleġeġ tiegħu, biex ixerridhom;+U spara s-​sajjetti, biex jitfagħhom f’konfużjoni.+ 15  U qiegħ l-​ilmijiet beda jidher,+U s-​sisien taʼ l-​art produttiva nkixfu+Biċ-​ċanfira tiegħek, O Ġeħova, bin-​nefħa tan-​nifs minn imnifsejk.+ 16  Tani idejh mill-​għoli, laqagħni,+Tellagħni minn ilmijiet fondi.+ 17  Ħelisni mill-​għadu b’saħħtu tiegħi,+U minn dawk li jobogħduni; għax kienu iktar b’saħħithom minni.+ 18  Huma baqgħu jisfidawni f’jum l-​hemm tiegħi,+Imma Ġeħova ġie biex ikun t’appoġġ għalija.+ 19  U ħariġni f’post spazjuż;+Ħelisni, għax fija sab l-​għaxqa tiegħu.+ 20  Ġeħova jippremjani skond is-​sewwa tiegħi;+Skond l-​indafa taʼ idejja jħallasni lura.+ 21  Għax jien żammejt it-​triqat taʼ Ġeħova,+U ma tlaqtx lil Alla tiegħi, li hi azzjoni mill-​agħar.+ 22  Għax id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha tiegħu qegħdin quddiemi,+U l-​istatuti tiegħu ma nitlaqhomx.+ 23  Se nkun bla nuqqas f’għajnejh,+U min-​naħa tiegħi se nitbiegħed mill-​iżball.+ 24  Ħa jħallasni lura Ġeħova skond is-​sewwa tiegħi,+Skond l-​indafa taʼ idejja quddiem għajnejh.+ 25   Maʼ xi ħadd leali int se taġixxi b’lealtà;+Mar-​raġel b’saħħtu u bla nuqqas se timxi bla nuqqas;+ 26   Maʼ dak li qed iżomm nadif int se tkun nadif;+U mal-​qarrieq se tkun makakk;+ 27  Għax lill-​magħkusin se ssalvahom;+Imma lill-​għajnejn suppervi se tbaxxihom.+ 28  Int se ddawwalli l-​musbieħ tiegħi, O Ġeħova;+Alla tiegħi se jagħmel id-​dlam tiegħi jiddi.+ 29  Għax permezz tiegħek nistaʼ niħodha kontra qatgħa ħallelin;+U permezz t’Alla tiegħi nistaʼ nixxabbat maʼ sur.+ 30  L-Alla l-​veru, triqtu perfetta;+Dak li jgħid Ġeħova hu rfinut.+Tarka hu għal dawk kollha li jistkennu fih.+ 31  Għax min hu Alla ħlief Ġeħova?+U min hu blata ħlief Alla tagħna?+ 32  Hu l-​Alla l-​veru li jħażżimni sew b’enerġija kbira,+U jagħmilli triqti perfetta.+ 33  Jagħmilli saqajja bħal taċ-​ċriev,+U jżommni wieqaf fuq postijiet li huma għoljin għalija.+ 34  Qed iħarriġli idejja għall-​gwerra,+U dirgħajja jagħfsu ’l isfel qaws tar-​ram aħmar.+ 35  Int se tagħtini t-​tarka tiegħek taʼ salvazzjoni,+U idek il-​leminija se twiżinni,+U l-​umiltà tiegħek se tagħmilni kbir.+ 36  Int se tagħmilli biżżejjed wisaʼ fejn nimxi,+U l-​għekiesi taʼ saqajja m’humiex se jċedu.+ 37  Jien se niġri wara l-​għedewwa tiegħi u nilħaqhom;U ma niġix lura qabel ma jinqerdu għalkollox.+ 38  Infarrakhom sabiex ma jkollhomx il-​ħila jqumu;+Se jaqgħu taħt saqajja.+ 39  U int se tħażżimni b’enerġija kbira għall-​gwerra;Tixħet taħti lil dawk li jqumu kontrija.+ 40  U se ġġiegħel lill-​għedewwa tiegħi jagħtuni daharhom u jaħarbu;*+U lil dawk mimlijin mibegħda għalija, jien se nsikkithom.+ 41  Huma jgħajtu għall-​għajnuna, imma m’għandhomx salvatur,+Isejħu lil Ġeħova, imma hu ma jwiġibhomx.+ 42  U jien se nitħanhom bħal trab fin fir-​riħ;+Bħat-​tajn tat-​toroq inwaddabhom.+ 43  Int se teħlisni min-​nies li moħħhom biex isibu xi ħtija fija.+Se taħtarni l-​kap tal-​ġnus.+Poplu li ma kontx naf, issa se jaqdini.+ 44  Malli jisimgħu bija jibdew jobduni;+Il-​barranin stess se jiġu għandi b’rashom baxxuta.+ 45  Il-barranin se jidbielu bil-​mod il-​mod,U joħorġu jitriegħdu mis-​swar tagħhom.+ 46  Ġeħova hu ħaj,+ u ħa jkun imbierek il-​Blata tiegħi.+Ħa jkun eżaltat l-​Alla tas-​salvazzjoni tiegħi.+ 47  L-Alla l-​veru hu Dak li jagħmel vendetta għalija;+U jrażżan lill-​popli taħti.+ 48  Hu jħarrabni mill-​għedewwa rrabjati tiegħi;+Fuq dawk li jqumu kontrija se terfagħni,+Mir-​raġel vjolenti teħlisni.+ 49  Huwa għalhekk li se nfaħħrek fost il-​ġnus, O Ġeħova,+U lil ismek ngħanni.+ 50  Hu qed jagħmel atti kbar taʼ salvazzjoni għas-​sultan tiegħu+U qed juri qalb tajba bl-​imħabba mal-​midluk tiegħu,+Maʼ David u maʼ nislu għal dejjem.+

Noti taʼ taħt

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “Xeol.”
Jew, “se tagħtini n-​naħa taʼ wara t’għonq l-​għedewwa tiegħi.”