Salmi 17:1-15

Talba taʼ David. 17  Ismaʼ l-​kawża ġusta tiegħi, O Ġeħova; agħti kas l-​għajat tiegħi bil-​ħrara;+Agħti widen għat-​talba tiegħi li mhix ġejja minn xofftejn qarriqin.+   Ħa joħroġ minn quddiemek il-​ġudizzju għalija;+Ħa jaraw għajnejk dak li hu rett.+   Int eżaminajtli qalbi, flejtni bil-​lejl,+Irfinajtni; se ssib li jien ma nfassal xejn ħażin.+Fommi ma jonqosx.+   Għax fejn jidħlu l-​attivitajiet tal-​bniedem,Jien qgħadt għassa, b’kelmet xofftejk, li ma nimxix fil-​mogħdijiet tal-​ħalliel.+   Ħa jibqgħu l-​passi tiegħi f’mogħdijietek,+Sabiex riġlejja ma jogħtrux.+   Jien insejjaħlek, għax int twiġibni, O Alla.+Mejjel widintek lejja. Ismaʼ x’qed ngħid.+   Agħmel atti meraviljużi taʼ qalb tajba bl-​imħabba,+ O Salvatur taʼ dawk li jfittxu l-​kennMinn dawk li jirvellaw kontra idek il-​leminija.+   Ħarisni bħall-​mimmi taʼ l-​għajn,+F’dell ġwinħajk aħbini,+   Minħabba n-​nies mill-​agħar li ħarbtuni.L-​għedewwa tiegħi għalquni minn kull naħa.+ 10  Dawru qalbhom bix-​xaħam;+Fommhom tkellem bis-​suppervja;+ 11  Issa mxew wara l-​passi tagħna u dawruna minn kullimkien;+Xeħtu għajnejhom fuqna biex jitfgħuna maʼ l-​art.+ 12  Kull wieħed minnhom hu bħal iljun imlebleb biex iqattaʼ biċċiet il-​priża tiegħu+U bħal iljun b’saħħtu li qed jistenna fil-​moħbi. 13  Qum, O Ġeħova; iffaċċjah wiċċ imbwiċċ;+Ġiegħlu jmil; eħlisni mill-​ħażin bis-​sejf tiegħek,+ 14  Mill-bnedmin, permezz taʼ idek, O Ġeħova,+Mill-​bnedmin taʼ din is-​sistema,+ li sehemhom hu f’din il-​ħajja,+U li żaqqhom timlihielhom bit-​teżor moħbi tiegħek,+U li huma mimlijin bl-​ulied+U jħallu għal uliedhom dak li jkunu ħażnu.+ 15  Imma jien, fis-​sewwa għad nara ’l wiċċek;+Kuntent se nkun meta nqum u nara s-​sura tiegħek.+

Noti taʼ taħt