Salmi 148:1-14

148  Faħħru lil Jah!+Faħħru lil Ġeħova mis-​smewwiet,+Faħħruh fl-​għoli.+   Faħħruh, anġli kollha tiegħu.+Faħħru, armata kollha tiegħu.+   Faħħruh, xemx u qamar.+Faħħruh, kwiekeb kollha tad-​dawl.+   Faħħruh, smewwiet tas-​smewwiet,+U ilmijiet li qegħdin ’il fuq mis-​smewwiet.+   Ħa jfaħħru isem Ġeħova;+Għax hu kkmanda, u huma nħolqu.+   U hu jżommhom weqfin għal dejjem, għal żmien indefinit.+Għamel regolament li mhux se jgħaddi.+   Faħħru lil Ġeħova mill-​art,+Mostri tal-​baħar u intom ilmijiet fondi kollha,+   Nar u silġ, borra u duħħan oħxon,+Riefnu qawwi li qed twettaq kelmtu,+   Muntanji u għoljiet kollha,+Siġar tal-​frott u ċedri kollha,+ 10  Annimali salvaġġi u annimali domestiċi kollha,+Ħlejjaq li titkaxkru u għasafar bil-​ġwienaħ,+ 11  Slaten taʼ l-​art+ u popli kollha,Prinċpijiet+ u mħallfin kollha taʼ l-​art,+ 12  Ġuvintur+ u xebbiet,+Xjuħ+ flimkien mat-​tfal.+ 13  Ħa jfaħħru isem Ġeħova,+Għax ismu biss hu tant fl-​għoli li ma jintlaħaqx.+Id-​dinjità tiegħu hi ’l fuq mill-​art u s-​sema.+ 14  Hu se jgħolli l-​qarn* tal-​poplu tiegħu,+It-​tifħir taʼ dawk kollha leali lejh,+Taʼ wlied Israel, il-​poplu li hu qribu.+Faħħru lil Jah!+

Noti taʼ taħt

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.