Salmi 147:1-20

147  Faħħru lil Jah,+Għax tajjeb li ngħannu lil Alla tagħna;+Għax dan hu pjaċevoli—it-​tifħir hu xieraq.+   Ġeħova qed jibni lil Ġerusalemm;+Lill-​imxerrdin taʼ Israel jiġborhom flimkien.+   Qed ifejjaq+ lil dawk taʼ qalbhom maqsuma,+U qed jinfaxxalhom il-​ġrieħi li juġgħuhom.+   Jgħodd kemm hemm kwiekeb;+Ilkoll kemm huma jsejħilhom b’isimhom.+   Il-Mulej tagħna hu kbir u abbundanti fil-​qawwa;+L-​abbiltà tiegħu li jifhem hi bla qjies.+   Ġeħova jserraħ lill-​ġwejdin;+Ibaxxi maʼ l-​art lin-​nies mill-​agħar.+   Wieġbu lil Ġeħova b’radd il-​ħajr;+Għannu lil Alla tagħna bl-​arpa,+   Dak li qed jiksi s-​smewwiet bis-​sħab,+Dak li jħejji x-​xita għall-​art,+Dak li jġiegħel lill-​muntanji jnibbtu l-​ħaxix aħdar.+   Lill-bhejjem jagħtihom l-​ikel tagħhom,+U lill-​frieħ taċ-​ċawluni li joqogħdu jgħajtu.+ 10  Ma jitgħaxxaqx bis-​saħħa taż-​żiemel,+Lanqas jieħu pjaċir bir-​riġlejn tal-​bniedem.+ 11  Ġeħova qed jieħu pjaċir b’dawk li jibżgħu minnu,+B’dawk li jistennew il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu.+ 12  Igglorifika lil Ġeħova,+ O Ġerusalemm.Faħħar lil Alla tiegħek, O Sijon.+ 13  Għax hu saħħaħ l-​istaneg taʼ bwiebek;Bierek lil uliedek f’nofsok.+ 14  Hu jqiegħed il-​paċi fit-​territorju tiegħek;+Bl-​aqwa qamħ* jibqaʼ jxebbgħek.+ 15  Jibgħat il-​kmand tiegħu lejn l-​art;+B’ħeffa kbira tiġri kelmtu. 16  Jagħti l-​borra bħas-​suf;+Il-​ġlata jxerridha bħall-​irmied.+ 17  Jitfaʼ s-​silġ tiegħu bħall-​frak.+Min jiflaħha l-​kesħa tiegħu?+ 18  Jibgħat kelmtu+ u jdewwibhom.Iġiegħel lir-​riħ tiegħu jonfoħ,+U mbagħad l-​ilmijiet iqattru. 19  Qed jgħid il-​kelma tiegħu lil Ġakobb,+Ir-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu lil Israel.+ 20  M’għamel dan m’ebda ġens ieħor;+U d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu, dawn ma sarux jafuhom.+Faħħru lil Jah!+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “bix-​xaħam tal-​qamħ.”