Salmi 144:1-15

Taʼ David. 144  Ikun imbierek Ġeħova l-​Blata tiegħi,+Li qed iħarriġli idejja għall-​ġlied,+Lil subgħajja għall-​gwerra;   Il-qalb tajba bl-​imħabba tiegħi u l-​fortizza tiegħi,+Il-​post fl-​għoli tiegħi taʼ sigurtà u Dak li jħarrabni,+It-​tarka+ tiegħi u Dak li fih stkennejt,+Dak li qed irażżan lil popli taħti.+   O Ġeħova, x’inhu l-​bniedem biex tinnotah,+Bin il-​bniedem mortali+ biex tagħti kasu?   Il-bniedem jixbah lil nifs,+Jiemu huma bħal dell li qed jgħaddi.+   O Ġeħova, baxxi s-​smewwiet tiegħek ħa tinżel;+Miss il-​muntanji ħa jdaħħnu.+   Agħmel il-​beraq ħa xxerred l-​għedewwa;+Spara l-​vleġeġ tiegħek ħa titfagħhom f’konfużjoni.+   Oħroġ idejk mill-​għoli;+Eħlisni u salvani mill-​ħafna ilmijiet,+Minn id il-​barranin,+   Li fommhom qal dak li mhux veru+U li leminthom hi l-​leminija tal-​qerq.+   O Alla, għanja ġdida nkantalek.+Fuq strument b’għaxar kordi ngħannilek,+ 10  Int li tagħti s-​salvazzjoni lis-​slaten,+Li teħles lil David il-​qaddej tiegħek mis-​sejf li jagħmel il-​ħsara.+ 11  Eħlisni u salvani minn id il-​barranin,+Li fommhom qal dak li mhux veru+U li leminthom hi l-​leminija tal-​qerq,+ 12  Li jgħidu: “Uliedna s-​subien huma bħal pjanti żgħar li kibru għalkollox f’żgħożithom,+Uliedna l-​bniet bħal kantunieri minquxin bi stil taʼ palazz, 13  L-imħażen tagħna mimlijin, u jagħtu prodotti taʼ kull xorta,+L-​imrieħel tagħna qed joktru fit-​toroq tagħna bl-​eluf, għaxart elef għal kull waħda, 14  Il-baqar tagħna tqal, mingħajr ebda ftuq u korriment,+U m’hemmx għajat taʼ biki fil-​pjazez tagħna.+ 15  Hieni l-​poplu li għandu dan!”Hieni l-​poplu li Alla tiegħu hu Ġeħova!+

Noti taʼ taħt