Salmi 143:1-12

Melodija taʼ David. 143  O Ġeħova, ismaʼ talbi;+Agħti widen għas-​supplika* tiegħi.+Wiġibni skond il-​fedeltà u s-​sewwa tiegħek.+   U tressaqx għall-​ġudizzju lill-​qaddej tiegħek;+Għax quddiemek l-​ebda ħaj ma jistaʼ jkun ġust.+   Għax l-​għadu ġera warajja;+Għaffiġni maʼ l-​art.+Ġegħelni ngħammar f’postijiet mudlama qisni minn dawk li ilhom mejtin żmien twil.*+   U l-​ispirtu tiegħi+ nfena fija;Ġo fija qalbi mtarrxa.+   Jien ftakart fil-​jiem taʼ żmien twil ilu;+Immeditajt fuq l-​attività kollha tiegħek;+Minn qalbi bqajt nikkunsidra xogħol idejk.+   Jien għollejt idejja lejk biex nitlob;+Ruħi għatxana għalik bħal art niexfa qoxqox.+ Sela.   Fittex wiġibni, O Ġeħova.+L-​ispirtu tiegħi spiċċa.+Taħbix wiċċek minni,+Għax inkella nsir qisni minn dawk li neżlin fil-​ħofra.+   Fil-għodu agħmel li nismaʼ l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+Għax fik poġġejt il-​fiduċja tiegħi.+Għarrafni t-​triq li għandi nimxi fiha,+Għax lilek tlabt u offrejt ruħi.+   Eħlisni mill-​għedewwa tiegħi, O Ġeħova.+Jien fittixt il-​kenn fik.+ 10  Għallimni nagħmel ir-​rieda tiegħek,+Għax int Alla tiegħi.+L-​ispirtu tiegħek tajjeb;+Ħa jmexxini fl-​art tar-​retti.+ 11  Minħabba ismek,+ O Ġeħova, żommni ħaj.+Bis-​sewwa tiegħek+ eħlisli ruħi min-​niket.+ 12  U fil-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek sikket lill-​għedewwa tiegħi;+U eqred lil kulmin qed jiħodha kontrija,+Għax jien il-​qaddej tiegħek.+

Noti taʼ taħt

Jew, “għat-​talba bil-​ħerqa.”
Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.