Salmi 142:1-7

Maskil.* Taʼ David, meta kien fl-​għar.+ Talba. 142  B’leħni sejjaħt lil Ġeħova għall-​għajnuna;+B’leħni bdejt ngħajjat lil Ġeħova għall-​ħniena.+   Quddiemu bqajt inferraʼ t-​tħassib tiegħi;+Lilu għedt dwar in-​niket tiegħi,+   Meta l-​ispirtu tiegħi+ nfena fija.Dakinhar int kont taf triqti.+Fil-​mogħdija li nimxi fiha+Huma ħbewli nasba.+   Ħares lejn il-​lemin u araKif m’hemm ħadd li jagħti kasi.+Għab il-​post fejn nistaʼ naħrab;+M’hemm ħadd li qed jistaqsi għalija.+   Jien sejjaħtlek, O Ġeħova, għall-​għajnuna.+Għedt: “Int il-​kenn tiegħi,+Is-​sehem tiegħi+ fl-​art tal-​ħajjin.”+   Agħti kas l-​għajat bil-​ħrara tiegħi,+Għax sirt wisq batut.+Eħlisni minn dawk li jippersegwitawni,+Għax huma iktar b’saħħithom minni.+   Oħroġni mill-​ħabs taħt l-​art+Sabiex infaħħar ismek.+Ħa jinġabru madwari n-​nies sewwa,+Għax int taġixxi b’mod xieraq miegħi.+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.