Salmi 141:1-10

Melodija taʼ David. 141  O Ġeħova, jien sejjaħtlek.+Fittex ejja.+Agħti widen għal leħni meta nsejjaħlek.+   Jalla t-​talba tiegħi tkun imħejjija bħall-​inċens+ quddiemek;+Meta nitlob b’idejja mgħollijin ikun bħall-​offerta tal-​qmuħ taʼ fil-​għaxija.+   Agħmilli għassies maʼ fommi,+ O Ġeħova;Poġġili għassa mal-​bieb taʼ xofftejja.+   Tmejjillix qalbi lejn xi ħaġa ħażina,+U b’hekk inwettaq bil-​ħażen għemejjel mistkerrhin+Maʼ bnedmin li qed jipprattikaw il-​ħsara,+Biex ma nikolx mill-​ikel delizzjuż tagħhom.+   Jekk il-​ġust isawwatni, dan ikun att taʼ qalb tajba bl-​imħabba;+U jekk iwiddibni, ikun żejt fuq ir-​ras,+Li rasi ma tkunx trid tirrifjutah.+Għax nibqaʼ nitlob għalihom meta jsibu ruħhom fil-​gwaj.+   L-imħallfin tagħhom ġew mitfugħin għal isfel mill-​ġenb tal-​blat,+Imma huma semgħu dak li għedt jien, u għoġobhom.+   Bħall-biċċiet li jtiru maʼ l-​art meta wieħed jaqsam u jifraq l-​injam,Hekk ixxerred għadamna ħdejn ħalq il-​Qabar.*+   Madankollu, għajnejja mitfugħin fuqek,+ O Ġeħova l-​Mulej Sovran.+Fik stkennejt.+Issawwablix ruħi sal-​mewt.+   Ħarisni mill-​qabda tan-​nasba li qegħduli+U min-​nases taʼ dawk li jipprattikaw il-​ħsara.+ 10  In-nies mill-​agħar se jaqgħu fix-​xbieki tagħhom stess ilkoll flimkien,+Waqt li jien, min-​naħa tiegħi, nibqaʼ għaddej.

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.”