Salmi 140:1-13

Għad-​direttur. Melodija taʼ David. 140  Salvani, O Ġeħova, mill-​bnedmin ħżiena;+Ipproteġini mill-​bniedem li juża l-​vjolenza,+   Nies li fasslu affarijiet ħżiena f’qalbhom,+Li l-​jum kollu jattakkawni qishom fi gwerra.+   Ilsienhom sinnewh bħal taʼ serp;+Il-​velenu tal-​lifgħa* qiegħed taħt xofftejhom.+ Sela.   Ħarisni, O Ġeħova, minn idejn il-​ħażin;+Ipproteġini mill-​bniedem li juża l-​vjolenza,+Nies li fasslu pjan biex ifixklu l-​passi tiegħi.+   L-imkabbrin ħbewli nasba;+U firxu l-​ħbula bħala xibka mal-​ġenb tal-​mogħdija.+Nases qiegħdu għalija.+ Sela.   Jien għedt lil Ġeħova: “Int Alla tiegħi.+Agħti widen, O Ġeħova, għal leħni meta nitolbok bil-​ħrara.”+   O Ġeħova l-​Mulej Sovran,+ is-​saħħa tas-​salvazzjoni tiegħi,+Int għattejtli rasi f’jum il-​battalja.+   O Ġeħova, taqtax ix-​xewqa tal-​ħażin.+Tħallix il-​konfoffi tiegħu jirnexxu, biex ma jitgħolliex.+ Sela.   U n-​nies li dawruni,+Ħa tinkesa rashom bl-​inkwiet taʼ xofftejhom stess.+ 10  Ħa jintefaʼ fuqhom il-​ġamar.+Ħa jaqgħu fin-​nar,+ fil-​bjar bl-​ilma, sabiex ma jkunux jistgħu jitilgħu.+ 11  Ħa ma jkunx stabbilit fis-​sod fuq l-​art dak li jpaċpaċ ħafna.+Il-​bniedem vjolenti—ħa jikkaċċjah il-​ħażen b’attakk wara l-​ieħor.+ 12  Jien naf tajjeb li Ġeħova se jaqbeż+Għad-​dritt legali tal-​magħkus u jwettaq il-​ġudizzju għall-​foqra.+ 13  Żgur li l-​ġusti se jroddu ħajr lil ismek;+Ir-​retti se jgħammru quddiem wiċċek.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “tal-​lifgħa bil-​qrun.”