Salmi 139:1-24

Għad-​direttur. Taʼ David. Melodija. 139  O Ġeħova, int fittixt fija, u tafni.+   Int taf meta npoġġi u meta nqum.+Int għaraft il-​ħsieb tiegħi mill-​bogħod.+   Qist meta vvjaġġajt u meta mteddejt,+U sirt midħla taʼ triqati kollha.+   Għax lanqas hemm kelma waħda fuq ilsieni,+Imma, ara, O Ġeħova, int diġà taf x’inhi.+   Minn wara u minn quddiem dawwartni;U tqiegħed idek fuqi.   Għarfien bħal dan hu taʼ l-​għaġeb wisq għalija.+Tant hu fl-​għoli li ma nistax nilħqu.+   Fejn nistaʼ mmur ’il bogħod mill-​ispirtu tiegħek,+U fejn nistaʼ naħrab minn quddiem wiċċek?+   Kieku kelli nitlaʼ fis-​sema, hemmhekk tkun int;+U kieku kelli nifrex soddti fil-​Qabar,* ara, int tkun hemmhekk.+   Kieku kelli nieħu ġwinħajn+ iż-​żerniq,Biex ngħammar fl-​iktar baħar imbiegħed,+ 10  Hemmhekk, ukoll, idek tmexxini+U idek il-​leminija taqbadni.+ 11  U kieku kelli ngħid: “Id-​dlam żgur se jaħtafni malajr!”+Imbagħad il-​lejl ikun dawl madwari.+ 12  Saħansitra d-​dlam ma jkunx mudlam wisq għalik,+Imma l-​lejl ikun jiddi bħall-​jum;+Id-​dlam u d-​dawl ikunu xorta.+ 13  Għax int għamilt il-​kliewi tiegħi;+Int żammejtni mistur f’żaqq ommi.+ 14  Jien se nfaħħrek għax tal-​biżaʼ l-​mod taʼ l-​għaġeb kif jien magħmul.+L-​għemejjel tiegħek huma meraviljużi,+Bħalma ruħi taf tajjeb.+ 15  Għadmi ma kienx moħbi minnek+Meta ġejt magħmul fis-​sigriet,+Meta kont minsuġ fl-​iktar partijiet baxxi+ taʼ l-​art. 16  Għajnejk rawni meta kont għadni biss embriju,+U fil-​ktieb tiegħek inkitbu l-​partijiet kollha tiegħi,Dwar iż-​żmien meta ġew ifformati+U ma kien għad hemm ebda parti teżisti. 17  Għalhekk, kemm huma prezzjużi għalija ħsibijietek!+O Alla, kemm hu kbir l-​għadd kollu tagħhom!+ 18  Kieku kelli nipprova ngħoddhom, kienu jkunu iktar mill-​frak tar-​ramel.+Jien qomt, u madankollu għadni miegħek.+ 19  O li kieku int, O Alla, toqtol lill-​ħażin!+Imbagħad l-​irġiel ħatjin tad-​demm+ jitilquni, 20  Dawk li jitkellmu dwarek skond l-​idea tagħhom;+Użaw ismek b’mod ħażin+—l-​avversarji tiegħek.+ 21  Jaqaw ma nobgħodhomx jien lil dawk mimlijin mibegħda għalik, O Ġeħova,+U ma nistkerrahhomx lil dawk li jirvellaw kontrik?+ 22  B’mibegħda sħiħa nobgħodhom.+Saru għalija għedewwa veri.+ 23  Fittex fija, O Alla, u sir af lil qalbi.+Eżaminani, u sir af il-​ħsibijiet li jinkwetawni,+ 24  U ara jekk hemmx fija triq mimlija wġigħ,+U mexxini fit-​triq+ dejjiema.

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.”