Salmi 138:1-8

Taʼ David. 138  Jien se nfaħħrek b’qalbi kollha.+Quddiem allat oħrajn ngħannilek.+   Se mmil lejn it-​tempju qaddis tiegħek,+U nfaħħar lil ismek,+Minħabba l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek+ u minħabba l-​verità tiegħek.+Għax int kabbart kelmtek+ saħansitra fuq ismek stess.+   Dakinhar li sejjaħtlek, int wiġibtni;+Int bdejt tagħmel lil ruħi qalbiena billi tajtni s-​saħħa.+   Is-slaten kollha taʼ l-​art għad ifaħħruk, O Ġeħova,+Għax ikunu semgħu kliem fommok.   U għad ikantaw dwar it-​triqat taʼ Ġeħova,+Għax il-​glorja taʼ Ġeħova kbira.+   Għax Ġeħova fl-​għoli, u madankollu lill-​umli jarah;+Imma lill-​kburi jafu biss mill-​bogħod.+   Jekk inkun imdawwar bl-​inkwiet, int iżżommni ħaj.+Minħabba r-​rabja taʼ l-​għedewwa tiegħi int toħroġ idek,+U lemintek issalvani.+   Ġeħova se jwettaq l-​iskopijiet tiegħu għalija.+O Ġeħova, għal dejjem hi l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+Tabbandunax lil xogħol idejk stess.+

Noti taʼ taħt